Jekk jogħġbok illogja biex tara servizzi mfassla għall-bżonnijiet ta’ wliedek!
Servizz ta' Breakfast Club mingħajr Ħlas fi Skejjel Primarji tal-Istat Il-Free Breakfast Club huwa servizz ta’ qabel tibda l-iskola disponibbli fl-Iskejjel Primarji kollha tal-Istat madwar Malta u Għawdex matul is-sena skolastika. L-iskejjel jiftħu mis-07:00, bejn wieħed u ieħor 60 sa 90 minuta qabel ma jibdew il-lezzjonijiet, sabiex it-tfal li l-ġenituri jew il-gwardjani tagħhom ikunu f'impjieg j...
L- Iskola Sekondarja Ogħla Giovanni Curmi L-iskola toffri korsijiet postsekondarji f’ livell 4 tal- MQF għal kwalifiki f’ livell Avvanzat u Intermedju fi 32 suġġett differenti li huma kollha assessjati mill-Matsec. L-iskola tipprovdi korsijiet li jwasslu għaċ-ċertifikat tal-Matrikola. Wara li jtemmu l-kors ta’ sentejn b'suċċess, l-istudenti jirċievu ċertifikat postsekondarju u trask...
Bonus għat-Twelid u Adozzjoni (DSS) Bonus għat-Twelid u l-Adozzjoni li ġie introdott mill-1 ta’ Jannar 2020, jingħata lill-omm ta' tarbija tat-twelid jew lill-ġenitur adottiv ta’ tarbija tat-twelid, fejn l-omm jew il-ġenitur adottiv hija Maltija, minn Pajjiż ta' l-Unjoni Ewropea jew miżżewweġ jew jikkoabita ma’ ċittadin Malti / tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, peress li dan il-ħlas tal-Bonus huwa g...
Skema ta’ Rifużjoni ta’ Terapija Tfal sa l-età ta’ 15-il sena li huma rreġistrati b’Karta Ewropea tad-Diżabilità (maħruġa minn Aġenzija Sapport) jistgħu japplikaw għal rifużjoni sa massimu ta’ €750 fis-sena. Karta Ewropea tad-Diżabilità (maħruġa minn Aġenzija Sapport) u rifużjoni massima ta’ €750 fis-sena biex tkopri l-ispejjeż relatati ma’ sessjonijiet ta’ terapija pprovduti minn terapista ...
Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz ta' Foster Care - Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju (DSS) L-Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care - Tnaqqis Gradwali tal-Benefiċċju jingħata lill-Foster Carer/s awtorizzati, li wara li jkunu pprovdew servizz ta’ fostering lil xi tifel/tifla/tfal, jiddeċiedu li jaddottaw dan/dawn l-istess tifel/tifla/tfal. L-Allowance tal-fostering jiġi mwaqqaf ...
Allowance tat-Tfal - Wild bejn is-16 u l-21 sena (DSS) Il-benefiċċju jitħallas lil koppji miżżewġin, f’unjoni ċivili, f’koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), ġenituri waħedhom, separati, jew bi status ta’ refuġjat li għandhom il-kura u l-kustodja ta’ tfal ta’ bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena.Il-Ġenituri ta’ tfal li jagħlqu sittax-il (16) sena u qegħdin f'eduk...
Programm ta’ Dibattitu JA Malta Youth Voices Il-Programm ta’ Dibattitu “JA Malta Youth Voices” għandu l-għan li jsaħħaħ iż-żgħażagħ billi jiżviluppa l-ħiliet tad-dibattitu tagħhom, itejjeb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fid-diskors pubbliku, u jinkoraġġihom jissieħbu fil-proċessi ta’ ħolqien tal-politika.Il-programm se jtejjeb il-ħiliet ta’ kif wieħed jiddibatti u jitkellem fil-pubbliku, ja...
X’hemM? Inizjattiva ta’ popolarizzazzjoni tax-Xjenza u l-Matematika li tippromwovi l-kurżità, l-investigazzjoni u l-esplorazzjoni permezz ta’ attivitajiet STEM interessanti f’kuntesti ‘l hinn mill-klassi. L-istudenti jiżviluppaw il-kurżità, ħiliet ta’ osservazzjoni, il-ħiliet tal-mistoqsijiet u l-investigazzjoni permezz ta’ esperjenzi ta’ tagħlim interattivi. Studenti tas-sitt sena tal-primarja. L...
L-Assoċjazzjoni Maltija tal- Iscouts L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts hija Organizzazzjoni Volontarja rreġistrata ddedikata għall-iżvilupp u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ. Hija tipprovdi qafas edukattiv informali permezz tal-Iscouts, u tipprovdi liż-żgħażagħ b’ħiliet essenzjali għall-ħajja, kwalitajiet ta’ tmexxija u sens qawwi ta’ komunità. Ibbażata fuq il-prinċipji tal-fundatur ...
Is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel (SPS) Is-Servizz Psikoloġiku għall-iskejjel (SPS) jipprovdi appoġġ psikoloġiku lit-tfal u ż-żgħażagħ bejn is-6 u s-16-il sena li jattendu l-iskejjel statali f’Malta u Għawdex. L-għan tal-SPS huwa li jappoġġja l-iżvilupp emozzjonali, soċjali, ta’ mġieba, u edukattiv tal-istudenti permezz ta’ kollaborazzjoni mal-edukaturi, il-familji u professjonisti oħra....
