EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Allowance tat-Tfal - Wild bejn is-16 u l-21 sena (DSS)

Ħarsa ġenerali​

Il-benefiċċju jitħallas lil koppji miżżewġin, f’unjoni ċivili, f’koabitazzjoni (kemm jekk koabitazzjoni reġistrata jew le), ġenituri waħedhom, separati, jew bi status ta’ refuġjat li għandhom il-kura u l-kustodja ta’ tfal ta’ bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena.

Il-Ġenituri ta’ tfal li jagħlqu sittax-il (16) sena u qegħdin f'edukazzjoni full-time mingħajr ma jirċievu stipendju, jew jirreġistraw għax-xogħol għall-ewwel darba, jistgħu jkunu intitolati għal dan il-benefiċċju jekk oriġinarjament ma kinux intitolati għal-allowance tat-tfal li id-dħul annwali tagħhom jaċċedi l-limitu.


X’ser​ tingħata

Il-pagament għal din l-allowance titħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.


Eliġibbiltà​​

  • Wieħed mill-ġenituri għandu jkun ċittadin ta’ Malta jew miżżewweġ lil Ċittadin Malti, ikun ċittadin ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, ta’ pajjiż membru tal-Karta Soċjali Ewropea, jew ikollu status ta' refuġjat u jirrisjedi b'mod ordinarju f'Malta jew Għawdex.

  • L-applikanti għandhom ikunu residenti f’Malta għal mill-inqas tliet (3) xhur qabel japplikaw għal dan il-benefiċċju.

  • Id-dħul iddikjarat tal-ġenituri m’għandux jeċċedi is-sebgħa u għoxrin elf, erba’ mija u erbgħa u tletin (€27,434), ibbażat fuq id-dħul annwali ta’ sentejn qabel is-sena kurrenti.

  • Il-wild irid ikun bejn is-sittax (16) u l-wieħed u għoxrin (21) sena u j/tattendi xi istituzzjoni edukattiva full-time mingħajr ma’ j/tirċievi stipendju jew j/tirreġistra għax-xogħol għall-ewwel darba.

Dokumentazzjoni meħtieġa

  • F’każ li l-wild j/tattendi edukazzjoni full-time, dikjarazzjoni iffirmata u ttimbrata mill-Kap tal-Iskola li tikkonferma li l-istudent/a mhux j/tirċievi stipendju trid tiġi pprovduta. Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument.

  • F’każ ta’ wild li qed jirreġistra għall-ewwel darba, u li qatt ma ħadem qabel, dokument mill-Jobsplus li juri d-data meta l-wild beda / bdiet j/tirreġistra għax-xogħol.


Kif tapplika​

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

  • 7 ijiem

    It-2 pass: Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

  • Ġurnata

    It-3 pass: Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

  • 7 ijiem

    Ir-4 pass: Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection