Introduction and General Information

MY CHILD

Introduzzjoni – L- Unita tal- Ġestjoni tal- Informazzjoni

Dwarna

L-Unità tal-Ġestjoni tal-Informazzjoni (IMU) fi ħdan il-Ministeru tal- Edukazzjoni (MEYR) hija l-unità, bħalma hemm fil-Ministeri l-oħra kollha, responsabbli għat-Teknoloġija tal-Informazzjoni kollha.

Fuq kollox, l-IMU fi ħdan il-Ministeru ta’ Edukazzjoni ġiet inkarigata biex tipprovdi s-servizzi kollha online tal-Gvern ta’ Malta (GOM) li huma disponibbli għat-tfal minn 0 sa 18-il sena minn portal wieħed tal-web.

L-għan huwa, qabel xejn, li servizz meħtieġ isir aċċessibbli kemm jista' jkun faċilment. Barra minn hekk, l-għan tal-portal huwa li jesponi s-servizzi kollha tal-GOM li huma disponibbli għat-tfal minn 0 sa 18-il sena. L-għan fit-tul huwa li l-portal MY Child isir l-uniku punt ta’ kuntatt għas-servizzi kollha għat-tfal minn 0 sa 18-il sena.

Minbarra li jagħmel is-servizzi disponibbli għall-ġenituri/kustodji permezz tal-portal tal-web, l-IMU tista’ tiġi kkuntattjata permezz tal-email [email protected].

Permezz tal-portal My Child tista':

• Titlob informazzjoni dwar servizzi tal-Gvern

• Tressaq applikazzjoni jew titlob servizz

• Tagħmel suġġerimenti dwar servizzi tal- Gvern eżistenti jew oħrajn ġodda

Min jista' juża My Child.gov.mt?

Kull min irid jista' juża l-portal My Child, iżda huwa mmirat prinċipalment lejn il-ġenituri u l-kustodji tat-tfal minn 0 sa 18-il sena.


Kuntatt

Indirizz

Il- Ministeru tal- Edukazzjoni, l- Isport, iz- Zghazagh, ir- Riċerka u l- Innovazzjoni (MEYR)

Triq l-Assedju l-Kbir, il- Furjana

Uffiċjal Kap tal-Informazzjoni – Strateġija u Proġetti

Mario Borg Martin

Numru tat - telefown

 +356 25981905

Email [email protected]