Mistoqsijiet Frekwenti

X'inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet tad-diversi servizzi fil-lista?
It-termini u l-kundizzjonijiet tas-servizzi speċifiċi huma rregolati mill-fornitur tas-servizz skont il-link ipprovdut.

Kif nista' napplika għal servizz?
Billi tmur fuq il-paġna tas-servizz u tikklikkja fuq il-buttuna applika.

Fejn nista' nsib is-servizzi għat-tifel/tifla tiegħi?
Tista’ tikklikkja fuq ‘Etàjiet’ biex tara s-servizzi rigward il-grupp ta’ età tat-tifel/tifla tiegħek.

X’jfissru l-passi fuq in-naħa tal-lemin?
Juru l-proċess biex wieħed ikun jista’ jagħmel użu mis-servizz. Hemm stima taż-zmien li hemm bżonn wkoll inkluż biex jagħti indikazzjoni ta’ kemm iddum biex wieħed jgħaddi minn pass għall-ieħor.

X’ tipi ta’ servizzi huma disponibbli?

Hemm diversi servizzi tal-gvern. Uħud minnhom ġejjin minn servizz.gov, filwaqt li oħrajn ġejjin direttament mill-Ministeri konċernati. Barra minn hekk, hemm ukoll servizzi li jiġu minn NGOs.

X’inhi l-funzjoni tal-portal MyChild?

Il-portall tal-MyChild huwa mezz biex juri s-servizzi kollha disponibbli għat-tfal bejn l-etajiet ta’ 0 u 18-il sena. L-għan tal-portall huwa li jinforma lill-ġenituri/gwardjani dwar is-servizzi kollha disponibbli skont il-bżonnijiet tagħhom, sabiex ikunu jistgħu jagħżlu l-aħjar servizz skond il-bżonnijiet tagħhom. Fl-aħħar mill-aħħar, MyChild ma jipprovdix is – servizzi.

X’inhu l-portall MyChild (Uliedna)?

MyChild hija pjattaforma ċentrali online li tiġbor flimkien servizzi, informazzjoni u riżorsi għat-tfal u ż-żgħażagħ ta’ bejn 0 u 18-il sena, kif ukoll appoġġ għall-ġenituri, gwardjani u edukaturi.

Min jista’ juża l-websajt MyChild?
Il-portal huwa iddiżinjat għall-ġenituri, gwardjani, edukaturi, youth workers, u għal kull min qed ifittex servizzi relatati mat-tfal ta’ bejn 0 u 18-il sena, f’oqsma bħall-edukazzjoni, l-iżvilupp, is-saħħa u l-benesseri.

Għandi bżonn eID biex naċċessa s-servizzi?
M’hemmx bżonn ta’ e-ID sabiex tidħol fil-MyChild biex tara is-servizzi, iżda ħafna mis-servizzi individwali jeħtieġu login bl-e-ID fuq il-websajt speċifika tagħhom.

Kif inżid tifel jew tifla?

Tista’ żżid tifel jew tifla billi tikklikkja l-ikona tal-persuna fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-paġna. Imbagħad skrollja ’l isfel u immarka l-formola tal-kunsens u kklikkja ‘Żid Tifel/Tifla’. Wara, imla l-oqsma dwar it-Tifel jew it-Tifla li tixtieq iżżid. Fl-aħħar, ikklikkja ‘Issejvja d-dettalji tat-tfal’ biex tissejvja d-dettalji.