Is-Servizz ta’ l-Adozzjoni toffri sapport lill- individwi u familji li qegħdin jikkunsidraw l-addozjoni, jew qegħdin fil-process ta' l-addozzjoni kif ukoll dawk li diġà addottaw it-tfal. Is-servizz joffri taħrig bħala preparazzjoni lill- familji li jesprimu ix-xewqa li jaddottaw. Sessjonijiet ta’ informazzjoni jinkludu informazzjoni dwar tfal f’ kura alternattiva, ġenituri biolo ġici, trawma u addozjoni internazzjonali.
-Ħaddiema soċjali hija allokata lil kull familja u tingħata gwida kemm qabel kif ukoll matul il-vjaġġ tal-adozzjoni.
-Gruppi ta’ sapport u sapport individwali jiġi mogħti lil dawk il-familji u individwi li jkunu għadhom ma addotawx tfal.
-Taħriġ u sessjonijiet ta’ sapport jingħata lil dawk il-familji illi jaddottaw.
-Tfal li jiġu addotatti jistgħu jagħmlu użu mis-servizzi tal-komunita, madanakollu jistgħu jibbenfikaw minn għajnuna ta’ terapija u family therapy li tiġi offruta mill-FSWS.
-€10,000 jiġu mogħtija bħala għajnuna biex itaffu l-ispejjeż f’ adozjoni internazzjonali.
-Individwi il-fuq minn 28 sena jistgħu japplikaw għal adozzjoni.
-Irid ikun hemm mhux iżjed minn 50 sena differenza bejn it-tfal addotatti u l-ġenituri addottivi.
-Tfal ta' bejn 0 u 18-il sena.
Ċempel 22959000 u issir laqgħa inizzjali u jingħata pakkett ta’ informazzjoni.
-Taħrig inizzjali jingħata f’ 7 sessjonijiet.
-Ħaddiema soċjali tkun allokata u jinkiteb home study report. Il-Bord tal-Adozjoni japprova/ma japprovax l-individwu/familji.
-L-individwi approvati jiddeċiedu fuq liema pajjiz jixtiequ japplikaw biex jiskatta il- process tal-addozzjoni.
-Kull pajjiż għandu proċess differenti.
- Wara li jseħħ l-adozzjoni il-ħaddiema soċjali tibqa ssegwi il-familja bħala parti mis-servizz ta’ wara li jsir l-adozjoni skond il-kriteji tal-pajjizi.
