Diskussjonijiet u attivitajiet ta’ logħob online jintużaw biex jgħallmu kunċetti ewlenin ta’ kapaċità finanzjarja lill-adoloxxenti. Sessjonijiet ta’ taħriġ ta’ 4 sigħat (2 sessjonijiet ta’ sagħtejn) jiġu pprovduti minn voluntiera li jaqsmu l-esperjenza tagħhom fl-industrija mal-klassi.
Attenzjoni partikolari tingħata lil-logħba/applikazzjoni edukattiva online bl-isem FinQuest, li se tkun il-mezz ewlieni ta’ tagħlim għal dan il-programm.
Diversi sfidi jgħallmu lit-tfal aspetti fundamentali tal-immaniġġjar tal-flus, bħal flus kontanti, l-ippjanar għall-futur, u l-użu tas-servizzi finanzjarji.
It-tagħlim jista' jiġi evalwat mill-“Quest Leader”, għalliem f’kull skola, li jkun jista’ jara l-punti ta’ kulħadd u jsegwi l-progress tagħhom.
Għanijiet ta’tagħlim minn dan il-programm:
- Immaniġġjar tal-flus kontanti
- Kif taqla’ l-flus
- Baġit tal-flus
- Xiri bil-għaqal
- Ippjanar għall-futur
- Tfaddil ta’flus
- Immaniġġjar tar-riskju
- Immaniġġjar tad-dejn
- Użu tas-Servizzi Finanzjarji
- Kontijiet bankarji
Etajiet 12–15
Ikkuntattja [email protected] u aħna niggwidawk għall-passi li jmiss.
