EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Programm ta’ Dibattitu JA Malta Youth Voices

Ħarsa ġenerali​

Il-Programm ta’ Dibattitu “JA Malta Youth Voices” għandu l-għan li jsaħħaħ iż-żgħażagħ billi jiżviluppa l-ħiliet tad-dibattitu tagħhom, itejjeb il-kapaċità tagħhom li jipparteċipaw fid-diskors pubbliku, u jinkoraġġihom jissieħbu fil-proċessi ta’ ħolqien tal-politika.

Il-programm se jtejjeb il-ħiliet ta’ kif wieħed jiddibatti u jitkellem fil-pubbliku, jagħti aktar kunfidenza biex wieħed jipparteċipa f’diskussjonijiet pubbliċi,, u jkabbar l-għarfien dwar suġġetti kruċjali bħal l-intraprenditorija, ħiliet għall-impjieg, u litteriżmu finanzjarju.

Parteċipanti se jiżviluppaw il-ħsieb kritiku, kif wieħed jaħdem bħala tim, u kapaċitajiet ta’ riċerka, sabiex ikunu jistgħu jesprimu u jiddefendu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv. Fl-aħħar mill-aħħar, il-programm jimmira li jippromwovi parteċipazzjoni attiva taż-żgħażagħ fil-proċessi politiċi, u jagħtihom is-setgħa li jsiru mexxejja infurmati u involuti fil-komunitajiet tagħhom.


X’ser​ tingħata

Il-programm jgħin biex:

- Taħseb b’mod kritiku u tikkontesta l-preġudizzji u l-assunzjonijiet tiegħek.
- Twettaq riċerka u tivverifika fatti biex issostni l-argument tiegħek.
- Tindirizza b’kunfidenza udjenza pubblika.


Eliġibbiltà​​

Età: bejn 14 – 30 sena


Kif tapplika​

 Ikkuntattja lil [email protected] u aħna niggwidawk fil-passi li jmiss.

Kronoloġija

  • L -1 Pass: Ikkuntattja lil [email protected]

  • It - 2 Pass: Tiġi ikkuntattjat minn JA Malta biex jiggwidawk għall-passi li jmiss.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection