EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

L-Assoċjazzjoni Maltija tal- Iscouts

Ħarsa ġenerali​

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts hija Organizzazzjoni Volontarja rreġistrata ddedikata għall-iżvilupp u l-benesseri tat-tfal u ż-żgħażagħ. Hija tipprovdi qafas edukattiv informali permezz tal-Iscouts, u tipprovdi liż-żgħażagħ b’ħiliet essenzjali għall-ħajja, kwalitajiet ta’ tmexxija u sens qawwi ta’ komunità. Ibbażata fuq il-prinċipji tal-fundatur Lord Robert Baden-Powell, l-Assoċjazzjoni tal-Iscouts ta’ Malta toffri opportunitajiet uniċi li jippermettu liż-żgħażagħ jiżviluppaw f’individwi bilanċjati, responsabbli u kapaċi. Hija post fejn l-avventura, it-tagħlim u l-ħbiberija jingħaqdu, u jinħolqu memorji u ħiliet li jakkumpanjawhom tul ħajjithom kollha. Bħala parti minn komunità globali ddedikata biex ittejjeb id-dinja, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iscouts toffri bosta opportunitajiet għaż-żgħażagħ.


X’ser​ tingħata

Mal-Iscouts, it-tfal igawdu avventuri eċċitanti fil-beraħ, jitgħallmu ħiliet prezzjużi għall-ħajja u jiżviluppaw kunfidenza, indipendenza u reżiljenza. Affiljazzjoni fl’iscouts trawwem il-karattru permezz tax-xogħol f’tim, il-ħiliet ta’ tmexxija u s-servizz fil-komunità f’ambjent sigur u inklużiv. B’opportunitajiet għal skambji internazzjonali u xogħol volontarju, it-tfal isiru wkoll ċittadini attivi tad-dinja. Permezz ta’ tagħlim prattiku u divertenti, l-Iscouts jikbru f’individwi responsabbli li jimpurtahom minn ħaddieħor u mid-dinja ta’ madwarhom.

 


Eliġibbiltà​​

  • Beaver Scouts: (minn 5 sa7 snin)
  • Cub Scouts: (minn 7 sa11-il sena)
  • Scouts: (minn 10 snin u nofs sa 14-il sena u nofs)
  • Venture Scouts: (minn 14-il sena u nofs sa 18-il sena)
  • Rover Scouts: (minn 18 sa26 sena)


Kif tapplika​

It-tfal u l-ġenituri jistgħu japplikaw għall-Iscouts permezz tal-website tagħna https://scouts.mt/ourpeople/ jew billi jibagħtu email fuq l-indirizz li hemm indikat fuq l-istess websajt. Wara li tintbagħat l-email, tirċievu notifika bil-messaġġ: Grazzi talli kkuntattjajtna! Aħna nkunu f’kuntatt miegħek dalwaqt.” Tipikament, it-tfal/ġenituri jiġu kkuntattjati lura fi żmien minn ġurnata sa 7 ijiem.


Apply

Kronoloġija

  • L-1 pass: It-tfal/ġenituri jibagħtu l-formola tal-applikazzjoni.

  • 7 days

    It-2 pass: It-tfal u l-ġenituri jirċievu konferma wara 7 ijiem

  • 7 days

    It-3 pass: It - tfal u l - ġenituri jiġu kkuntattjati fi żmien 7 ijiem.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection