EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Youth Empowerment Initiatives

Ħarsa ġenerali​

Youth Empowerment Initiatives huma maħsuba biex jinfurmaw, jagħtu s-setgħa u jinvolvu liż-żgħażagħ b’mod attiv f’inizjattivi li jappoġġjaw l-iżvilupp personali u l-benesseri tagħhom. Dawn l-inizjattivi huma mfassla skont il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet taż-żgħażagħ sabiex jgħinuhom jiżviluppaw ħiliet, jadottaw stili ta’ ħajja pożittivi u jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà.


X’ser​ tingħata

  • Parteċipazzjoni f’proġetti u inizjattivi ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.
  • Aċċess għall-Adolescent Day Programme (ADP), affiljat mal-International King's Trust Achieve Programme.
  • Interventi fi grupp u opportunitajiet ta’ tagħlim mhux formali.
  • Attivitajiet li jippromwovu r-responsabbiltà, l-indipendenza u l-inklużjoni.
  • Għajnuna biex jiġu identifikati s-saħħiet personali u jiġu żviluppati mekkaniżmi ta’ kif wieħed ilaħħaq mal-isfidi.
  • Referenzi għal servizzi speċjalizzati meta jkun hemm bżonn.
  • Opportunitajiet biex iż-żgħażagħ jesprimu l-opinjonijiet tagħhom u jieħdu sehem attiv f’inizjattivi li jolqtuhom direttament.

  • Eliġibbiltà​​

    Żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-25 sena li jistgħu jibbenefikaw minn inizjattivi ta’ empowerment, tagħlim mhux formali jew interventi li jippromwovu l-iżvilupp personali u l-inklużjoni soċjali.


    Kif tapplika​

    Ir-referenzi jistgħu jsiru minn ġenituri jew kustodji, professjonisti, NGOs jew aġenziji oħra. Għal minuri huwa meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur jew kustodju qabel ma ssir ir-referenza.


    Kronoloġija

    • Mhux Applikabbli

    MyChild Chatbot
    avatar
    Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection