Il-Kamp tas-Sajf Tween4STEAM huwa esperjenza edukattiva ta’ ġimgħa f’Malta għal studenti tas-Sena 7 (ta’ bejn il-11 u t-12-il sena) li jħaddan esplorazzjoni prattika fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika (STEAM).
Kull ġurnata tkun mimlija b’attivitajiet eċċitanti mmexxija minn adulti bi esperjenza STEAM (mentors) li jqajmu l-kurżità u jibnu l-kunfidenza:
• Esperimenti xjentifiċi li jesploraw fenomeni tad-dinja reali, inklużi investigazzjonijiet prattiċi fl-elettromanjetiżmu u l-kimika
• Fieldwork b’enfasi differenti fuq il-Bijoloġija, il-Kimika, il-Fiżika jew il-Matematika
• Workshops fit-teknoloġija u l-kodifikazzjoni, inkluża sessjoni dwar il-ħsieb komputazzjonali bl-użu tal-għodda interattiva Micro:Bit
• Proġetti kreattivi STEAM li jgħaqqdu ix-xjenza u innovazzjoni
L-istudenti jaħdmu fi gruppi żgħar, jiżviluppaw il-ħidma f’tim, il-ħsieb kritiku u l-ħiliet biex isolvu problemi f’ambjent divertenti u ta’ appoġġ.
Prezz: Bla ħlas
Għaż-żgħażagħ li matul is-sena skolastika 2025/2026, kienu rreġistrati fis-Sena 7.
Applika permezz tal-link: https://forms.office.com/e/dRqH4JMTUm
Pass 1: Applika permezz tal-link bejn il-25 ta’ Mejju 2026 u d-29 ta’ Mejju 2026
Pass 2: Irċievi email ta’ konferma.
Pass 3: Attendi laqgħa online għall-ġenituri u għall-parteċipanti .
Mhux Applikabbli
