Minn Settembru 2018, il-Gvern introduċa trasport għall-iskejjel b’xejn għall-istudenti li jattendu l-iskejjel tal-knisja u indipendenti. Eluf ta’ studenti li jattendu dawn l-iskejjel huma eliġibbli biex jibbenefikaw minn din l-iskema.
Din l-iskema, aktar minn 250 Operatur iffirmaw ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sports, Żgħażagħ, Riċerka, u Innovazzjoni [MEYR] biex joffru servizz ta’ trasport għall-iskejjel b ’xejn għall-istudenti li jattendu skejjel mhux tal-istat.
L-istudenti huma residenti f’Malta. (L-istudenti li għandhom Karta tal-Identita’ diplomatika għandhom jikkuntattjaw lit-taqsima tat-trasport tal-iskejjel għal aktar informazzjoni);
Studenti li bħalissa qegħdin f’sena skolastika obbligatorja, jiġifieri mill-Kinder 1 sal-11-il Sena;
Studenti li joqgħodu raġġ ta’ distanza ta’ 1 km ‘l barra mill-indirizz tar-residenza primarja tagħhom sal-iskola.
“Il-ġenituri li għandhom in-nazzjonalità Maltija u li d-dettalji tagħhom bħalissa mhumiex marbuta mat-tifel jew tifla tagħhom huma mistiedna jinnotifikaw lir-Reġistru Pubbliku billi jibagħtu email lil [email protected]”.
Il-ġenituri/kustodji legali għandhom japplikaw għat-trasport tal-iskejjel b’ xejn kull sena, permezz ta’ voucher maħruġ mill-MEYR. Il-vouchers maħruġa fis-snin ta’qabel ma jibqgħux validi. Il-proċess ta ’applikazzjoni online għas-sena skolastika 2026-2027 s se jinfetħu mill-4 ta’ Mejju 2026 u jagħlqu fil-31 ta’ Awwissu 2026
Tista' tapplika online hawn.
Mhux Applikabbli
