EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

The Fund for European Aid to the Most Deprived (FEAD)

Ħarsa ġenerali​

AKA Food4you - Deprived households, AKA Food4you - Djar imċaħħda, partikolarment dawk li jinkludu tfal u anzjani, se jkunu mmirati permezz ta' distribuzzjoni perjodika ta' pakketti tal-ikel bil-għan li jindirizzaw id-deprivazzjoni materjali. Se ssir enfasi fuq it-titjib tal-istandards tal-għajxien tan-nies li jgħixu f’dawn id-djar u t-tnaqqis tar-riskju tagħhom ta’ faqar. Il-familji se jkunu appoġġjati permezz tad-distribuzzjoni ta’ pakketti ta’ ikel b’xejn u se jingħataw ukoll appoġġ soċjali li jakkumpanjahom minn uffiċjali professjonali fil-qasam tas-servizzi tal-benesseri soċjali. Dan il-proġett il-ġdid huwa kofinanzjat mill-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ tal-Unjoni Ewropea.


X’ser​ tingħata

Minbarra l-għajnuna materjali lill-familji li huma l-aktar fil-bżonn jew vulnerabbli, dan il-proġett għandu jikkontribwixxi wkoll għat-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali. Permezz ta’ dan il-proġett, se jitqassmu varjetà ta’ prodotti tal-ikel lil dawk li huma eliġibbli bil-għan li jgħinu lil persuna żżomm dieta bilanċjata u varjata. Il-pakketti tal-ikel imqassma lill-familji taħt il-proġett ESF+ għandhom jikkonsistu fl-oġġetti li ġejjin: Ċereali (qamħ sħiħ), Qxur tal-qamħirrun, Għaġin, Ross, Ħaxix (bott), Polpa tat-Tadam (bott), Frott (bott), Bċejjeċ tat-tonn, Ċanga tal-Qamħirrum, Zalzett (bott), Fażola moħmija (bott), Kukus, Pulses jew Legumi, Te u Kafè. Id-distribuzzjonijiet tal-pakketti tal-ikel se jsiru madwar tliet (3) darbiet fis-sena.


Eliġibbiltà​​

Il-kriterji ġenerali ta’ eliġibbiltà għandhom ikunu kif ġej: Kategorija 1: Familji li jirċievu benefiċċju mhux kontributorju u jgħaddu mit-Test tal-Mezzi u li jkollhom żewġt (2) jew aktar tfal taħt it-tmintax-il sena (18) sena. Kategorija 2: Familji li għandhom żewġt (2) jew aktar tfal taħt it-tmintax-il sena (18) sena u għandhom dħul ta’ inqas minn tmenin fil-mija (80%) tal-Paga Minima Nazzjonali. Kategorija 3: Familji li għandhom żewġt (2) jew aktar tfal taħt it-tmintax-il sena (18) sena u li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx il-Paga Minima Nazzjonali. Kategorija 4: Familji (li mhumiex persuni b'dar waħda) li jirċievu Pensjoni tal-Età mhux kontributorja. Dawk il-familji li huma eliġibbli taħt il-Kategorija 2 se jirċievu pakkett addizzjonali, filwaqt li familji taħt il-Kategoriji 1 u 3 li għandhom tlett (3) tfal jew aktar taħt it-tmintax-il sena (18) sena se jkunu wkoll intitolati għal pakkett tal-ikel addizzjonali. 


Kif tapplika​

Il-persuni eliġibbli li se jibbenefikaw minn dan il-proġett mhux se jkollhom bżonn japplikaw għall-intitolament tagħhom peress li se jirċievu ittra minn qabel li tinformahom minn liema ċentru tad-distribuzzjoni, data, u ħin, jistgħu jiġbru l-pakketti tal-ikel li huma intitolati għalihom. Il-pakketti tal-ikel se jitqassmu f’madwar tmintax-il (18) ċentru mifruxa madwar Malta u Għawdex biex jiffaċilitaw kemm jista’ jkun il-ġbir tal-ikel lil dawk li huma eliġibbli. Għal kwalunkwe informazzjoni dwar l-eliġibbiltà taħt il-Proġett il-ġdid tal-FSE+ u mistoqsijiet oħra relatati, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Diviżjoni tal-Istrateġija u l-Implimentazzjoni jew fuq 25903174 jew billi tibgħat email fuq [email protected]. Għal kwalunkwe għajnuna meħtieġa matul il-ġbir attwali (bħal kwistjonijiet ta’ mobilità jew trasport) ġentilment ikkuntattjana fuq 22588929 jew 79013090.



Applika

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection