L-Iskema tas-Sħubija ta’ Heritage Malta toffri aċċess bla limitu għas-siti kollha ta’ Heritage Malta (minbarra l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u Taħt il-Belt) għal sena sħiħa mid-data tal-ħruġ. Permezz tagħha, il-membri jgawdu ħafna benefiċċji u jiffrankaw il-flus.
€50 – Card tas-sħubija individwali għall-adulti (valida għal persuni ta’ bejn 15 u 59 sena)
€90 – Card tas-sħubija konġunta għall-adulti (valida għal persuni ta’ bejn 15 u 59 sena)
€40 – Konċessjoni**
€60 – Konċessjoni konġunta**
** Aktar tagħrif issibu hawn.
Il-benefiċċji huma dawn:
Dħul b’xejn fis-siti u l-mużewijiet miftuħin kollha ta’ Heritage Malta (ħlief l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni, Taħt il-Belt, u siti magħluqin)
Card tas-sħubija ta’ Heritage Malta tiegħek personali
Dħul b’xejn bla limitu fil-wirjiet KOLLHA ta’ Heritage Malta
Attivitajiet esklużivi b’xejn għall-membri kull xahar
Roħs fuq avvenimenti pubbliċi ta’ Heritage Malta
Roħs fuq sħubija konġunta
Roħs ta’ 50% fuq id-dħul fl-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni u Taħt il-Belt (offerta ta’ darba li mhix trasferibbli)
Roħs ta’ 15% fil-ħwienet tal-mużewijiet ta’ Heritage Malta (ma jgħoddx għal fided, muniti, ikel u xorb)
Roħs ta’ 10% għal kull adult li għandu l-card tas-sħubija meta jiekol fir-restorant ta’ MUŻA (ma jgħoddx ma’ kwalunkwe offerta oħra jew għall-ikla ta’ nofsinhar tal-Ħadd u avvenimenti speċjali; ix-xorb u d-deżerta mhumiex inklużi; ir-roħs jgħodd BISS għall-menù A la Carte)
Roħs ta’ 50% fuq il-biljetti tal-adulti għad-dħul fl-Akkwarju Nazzjonali jekk tiġi ppreżentata card tas-sħubija valida
Kalendarju tal-attivitajiet jintbagħatlek b’xejn kull xahar permezz ta’ email
Kull card tas-sħubija li tinħareġ tintitola lil żewġt itfal akkumpanjanti (ta' età li ma taqbiżx l-14-il sena) għal dħul b’xejn f’siti u mużewijiet ta' Heritage Malta. L-ismijiet tat-tfal iridu jiġu rreġistrati fil-mument tal-applikazzjoni.
Kundizzjonijiet:
Ir-roħs hu validu għal persuna waħda kull card
Biex jitgawdew il-benefiċċji trid tiġi ppreżentata l-card tas-sħubija
Dawk li għandhom sħubija adulta konġunta u sħubija ta’ konċessjoni konġunta jirċievu żewġ cards tas-sħubija
Il-viżitaturi jistgħu jintalbu juru l-karta tal-identità jew tar-residenza.
Mhux Applikabbli
