EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Sussidju għal Studenti Residenti Għawdxin li Jsegwu Korsijiet ta’ Studju Full-Time f’Malta

Ħarsa ġenerali​

Studenti residenti f’Għawdex li qed isegwu korsijiet full-time f’Malta jistgħu japplikaw għas sussidju tal-Gvern. Kull student ikun meħtieġ jimla formola u jissottometti d-dokumenti meħtieġa fil-bidu ta’ kull sena akkademika.


X’ser​ tingħata

Dan is-sussidju qed jiġi offrut mill-Ministeru għal Għawdex lir-residenti Għawdxin li qed isegwu korsijiet full-time f’Malta. Is-sussidju jitħallas kull xahar minn Ottubru sa Ġunju, fl-ammont ta’ €280 fix-xahar.


Eliġibbiltà​​

Min hu Eliġibbli
 

  • Studenti residenti f’Għawdex li qed isegwu korsijiet full-time f’Malta fl-Università ta’ Malta, l-Istitut tal-Istudji Turistiċi, l-MCAST u korsijiet taħt l-Iskema ta’ Undergraduate tal-Gvern ta’ Malta. 

  • Dan is-sussidju jingħata wkoll lill-istudenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati għall-edukazzjoni għolja f’Malta.
     

Min Mhux Eliġibbli

 

  • Min mhux residenti Għawdex. 

  • Min isegwi korsijiet part-time f’Malta. 

  • Residenti f'Għawdex li qed isegwu korsijiet full-time f’Malta li qed jiġu offruti wkoll f’Għawdex. 

  • Studenti li qed isegwu korsijiet fir-riċerka. 

  • Studenti li ma jattendux l-istitut fejn qed isegwu l-kors tagħhom fuq bażi regolari.


Kif tapplika​

Imla l-formola onlajn u ibgħat.


Applika

Kronoloġija

  • Sottomissjoni ta' Applikazzjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection