Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi topera tlettax (13)-il Childcare Centre f’Malta u wieħed (1) f’Għawdex. Iċ-Childcare Centres jipprovdu kura lit-trabi u tfal żgħar ta’ bejn tliet xhur u tliet snin. Iċ-Childcare Centres immexxija mill-FES huma rreġistrati mad-Direttorat ghall-Kwalita' u l-Istandards ta’ l-Edukazzjoni u jsegwu National Standards for Child Day Care Facilities (2021). Il-ħinijiet tal-ftuħ ivarjaw bejn is-7:30am u l-4:00pm, u mis-6:00am sas-6.00pm, skont id-domanda taċ-ċentru. Il-ħinijiet ta’ kull ċentru individwali jistgħu jiġu aċċessati fuq https://fes.gov.mt/childcare-centres/.
Mar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni, il-ġenituri jridu jħallsu miżata ta’ reġistrazzjoni ta’ €25 u jitpoġġew immedjatament fuq il-lista ta’ stennija. Ladarba jkun hemm post u dan jiġi kkonfermat mill-ġenitur, ikun meħtieġ it-tieni ħlas ta’ €150 biex jiġi miżmum il-post. Jekk dan il-ħlas ma jiġix effettwat fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol, l-applikazzoni terġa’ tiġi fuq il-lista ta’ stennija. It-tieni ħlas huwa rimborżabbli jekk it-tifel/tifla jattendi mill-inqas tliet xhur. Ir-rifużjoni tiġi effetwata wara terminazzjoni tas-servizz.
It-tfal kollha jingħataw servizz ta’ kura personalizzata u ta’ kwalita`. L-edukaturi tac-Childcare Centres jaħdmu mill-qrib ma’ kull tifel u tifla biex jipprovdu diversi opportunitajiet ta’ tagħlim, b’enfasi qawwija fuq l-interessi individwali u interazzjoni soċjali. Iċ-ċentri qed jaħdmu kontinwament biex joħolqu ambjent stimulanti, ingaġġanti u ta’ trawwim, li jistimula l-kurżita` tat-tfal għall-esplorazzjoni. L-edukaturi taċ-Childcare Centres jikkollaboraw mill-qrib mal-ġenituri biex isaħħu l-kisbiet fit-tagħlim ta’ kull tifel u tifla u jappoġjaw l-istadji ta’ żvilupp milħuqa waqt li jkunu fil-kura tagħna.
Iċ-Childcare Centres huma miftuħa għal tfal ta’ bejn it-tliet xhur u tliet snin jew sakemm ikunu eliġibbli li jattendu l-Kindergarten. Il-ġenituri kollha huma eliġibbli biex japplikaw madankollu, ġenituri li jaħdmu jingħataw priorita`.
L-applikazzjoni hija online u tista’ ssir billi taċċessa l-portal online fuq FES Events (gov.mt)
Il-lista sħiħa taċ-Childcare Centres tal-FES tista’ tiġi aċċessata mill-website tal-FES Contact Details Child Care Centres - FES: Foundation for Educational Services
L-applikazzjoni hija miftuħa s-sena kollha. L-ikbar dħul fiċ-childcare centres isir f’Ottubru jew fi Frar meta t-tfal jibdew il-Kindergarten u b’hekk ikun hemm spazju disponibbli. Sadanittant, id-dħul tat-tfal isir ġaladarba jkun hemm postijiet vakanti.
Dokumenti meħtieġa
Foundation for Educational Services
Zentrum Business Centre
Head Office, Foundation for Educational Services
QORMI [Ħal Qormi (Ċittà Pinto)]
QRM9012
Malta
Foundation for Educational Services
Zentrum Business Centre
Head Office, Foundation for Educational Services
QORMI [Ħal Qormi (Ċittà Pinto)]
QRM9012
Malta
Foundation for Educational Services
Zentrum Business Centre
Head Office, Foundation for Educational Services
QORMI [Ħal Qormi (Ċittà Pinto)]
QRM9012
Malta
