EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Servizz ta’ Kontra l-Abbuż mis-Sustanza

Ħarsa ġenerali​

L-għan primarju tas-servizz huwa li jżomm l-iskejjel ‘il bogħod minn kull forma ta’ sustanza u l-perikli marbuta mal-użu ta’ sigaretti, alkoħol, vaping u drogi, b’ diversi taħditiet informattivi fl-iskejjel ta’ prevenzjoni kif ukoll interventi kif meħtieġ. L-edukaturi kif ukoll il-ġenituri tal-istudenti jistgħu jirreferu għal dan is-servizz. Hemm proċeduri stretti ta’ gwida meta jkun hemm dubji ta’ meta jinstabu s-sustanzi. 


X’ser​ tingħata

Edukaturi, ġenituri u studenti jingħataw informazzjoni eżatta dwar l-użu tal-alkoħol, sigaretti u drogi oħra. Fejn ikun hemm il-bżonn, guidance teachers fi ħdan is-servizz jagħmlu interventi mal-istudent fuq bażi individwali u jagħtu sapport kontinwu lill-ġenituri.


Eliġibbiltà​​

Studenti li huma jew ikkunsidrati li qegħdin f’riskju jew inkella diġà qed jesperimentaw fl-użu ta’ sustanzi.


Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-Wellbeing Services permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.

Email: [email protected]​​

Tel: 25983497/25983421

 

Directorate for Educational Services (DES)
Fra Gaetano Pace Forno Street Hamrun, Malta.
HMR 1101
 


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Sottomissjoni tal-Applikazzjoni

  • 3 ijiem

    It-2 pass: Evalwazzjoni tal-applikazzjoni

  • Ġurnata

    It-3 pass: Provvista tas-Servizz

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection