EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Servizz ta' Breakfast Club mingħajr Ħlas fi Skejjel Primarji tal-Istat

Ħarsa ġenerali​

Il-Free Breakfast Club huwa servizz ta’ qabel tibda l-iskola disponibbli fl-Iskejjel Primarji kollha tal-Istat madwar Malta u Għawdex matul is-sena skolastika. L-iskejjel jiftħu mis-07:00, bejn wieħed u ieħor 60 sa 90 minuta qabel ma jibdew il-lezzjonijiet, sabiex it-tfal li l-ġenituri jew il-gwardjani tagħhom ikunu f'impjieg jew studju full-time ikunu jistgħu jieħdu ħsiebhom f'ambjent sigur u sorveljat qabel tibda l-ġurnata tal-iskola. Is-servizz huwa pprovdut mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni (MEYR) u huwa kompletament bla ħlas għall-familji eliġibbli.


X’ser​ tingħata

Dan is-servizz jagħti l-opportunità lill-istudenti biex jieħdu kolazzjon bnin qabel jibdew l-iskola, kif ukoll jintegraw ma' studenti oħra permezz tal-logħob u attivitajiet oħra.


Eliġibbiltà​​

Is-Servizz tal-Breakfast Club huwa miftuħ għall-istudenti Primarji li l-ġenituri tagħhom huma impjegati.


Kif tapplika​

Imla l-formola online u ibgħatha.


Applika

Kronoloġija

  • Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection