L-għan tal-Primary Science Fair huwa li tiċċelebra x-xjenza, tippromovi inizjattivi STEM ikkoordinati mit-Tim tax-Xjenza fil-Primarja u trawwem il-kreattività, il-komunikazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-inkjesta xjentifika.
L-istudenti viżitaturi jipparteċipaw f’workshops prattiċi u interessanti u jżuru stands ta’ professjonisti STEM minn entitajiet differenti. L-istudenti jingħataw l-opportunità jippreżentaw il-proġetti tagħhom bħala parti minn inizjattiva nazzjonali oħra – il-Primary STEM Challenge u tiny Teen Science Cafe’ – f’ambjent ta’ wirja interattiva. Il-Primary Science Fair tipprovdi opportunità għall-iżvilupp tal-ħiliet tal-inkjesta xjentifika, komunikazzjoni, preżentazzjoni u kollaborazzjoni.
Studenti tal-ħames sena fil-primarja.
L-iskola tirreġistra permezz tal-link tar-reġistrazzjoni fiċ-Ċirkulari Uffiċjali.
