EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Permess ta' Residenza għal min mhux Ċittadin tal-UE jew EEA

Ħarsa ġenerali​

Applikazzjoni għal permess ta' residenza minn ċittadin ta' pajjiż barrani.
i) 'Applikant' tirreferi għal persuna li diġà għandha r-residenza tagħha f'Malta.
ii) Meta tapplika għall permess ta' residenza:

a) Persuni li diġà joqogħdu Malta u li huma indikati fuq l-istess applikazzjoni għandhom japplikaw minnufih għal permess ta' residenza.
b) Persuni li għadhom kemm ħadu r-residenza f'Malta u li huma residenti prospettivi għat-tul għandhom ukoll japplikaw minnufih għal permess ta' residenza.
ċ) Persuni li jixtiequ li japplikaw biex iġeddu l-permess tagħhom għandhom jagħmlu dan possibbilment 3 xhur qabel ma jiskadi l-permess preżenti tagħhom.
d) Persuni li qabel kellhom residenza f'Malta għandhom jikkonfermaw dan billi jimlew il-parti apposta fis-Sezzjoni 1: Dettalji Personali.


X’ser​ tingħata

Permess ta' residenza.


Eliġibbiltà​​

Ċittadini barranin (ċittadini minn pajjiżi terzi). Din il-formola għandha timtela minn ċittadin li mhux mill-UE/EEA li hu:
i) Impjegat;
ii) Jaħdem għal rasu;
iii) Jistudja fi stabbiliment edukattiv;
iv) Ekonomikament awtosuffiċjenti;
v) Irtirat;
vi) F'Malta għal raġunijiet oħra.


Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet, bid-dokumentazzjoni kollha relevanti, għandhom jittieħdu personalment fl-Uffiċċju ta' Malta għaċ-Ċittadinanza f':
Identità Malta
Evans Building,
Misraħ Sant' Iermu
Il-Belt Valletta

Il-lista ta' dokumentazzjoni relevanti tinsab fuq il-formola tal-applikazzjoni.


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

  • 3 ijiem

    It-2 pass: Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

  • Jumejn

    It-3 pass: Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

  • Jumejn

    Ir-4 pass: Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

  • Jumejn

    Il-5 pass: Provvista tas-Servizz

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection