EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Notifika ta’ twelid, reġistrazzjoni u rikonoxximent

Ħarsa ġenerali​

Notifika ta’ twelid tista’ ssir billi wieħed iżur l-Uffiċċji tar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta fl-Isptar Mater Dei, l-Imsida, Binja Onda, fi Triq Aldo Moro, il-Marsa f’każ li t-twelid ikun seħħ  f’Malta u fir-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex, 132, Livell 2, Triq George Borg Olivier, Victoria,  jekk it-twelid ikun seħħ f’Għawdex, online billi wieħed iżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità https://identita.gov.mt  jew bil-posta billi jibgħat email fuq [email protected]. għal Malta jew [email protected] għal Għawdex. 


L-Uffiċjal tar-Reġistru Pubbliku se jassisti lill-ġenitur/i biex timtela l -“Formola tad-Dikjarazzjoni tan-Notifika tat-twelid”. Il-ġenitur/i ta’ tarbija huwa/huma obbligati li jinnotifikaw it-twelid fi żmien ħmistax-il (15) jum mit-twelid. 

 

L-ispiża ta’ notifika tat-twelid hija ta’ €2.60. 


Għal aktar informazzjoni żur https://notifications.identita.gov.mt/
 


X’ser​ tingħata

Ladarba t-twelid jiġi nnotifikat u pproċessat mir-Reġistru Pubbliku, it-twelid tat-tarbija tiegħek jiġi rreġistrat, u jiġi prodott l-Att tat-Twelid. Kif l-Att tat-Twelid jiġi rreġistrat, il-ġenitur/i jiġi/jiġu infurmat/i jew permezz ta’ SMS jew email. 
Iċ-Ċertifikat tat-Twelid jista’ mbagħad jiġi ordnat mis-sit elettroniku tar-Reġistru Pubbliku https://certifikati.identita.gov.mt/en/


Eliġibbiltà​​

Il-pubbliku ġenerali.


Kif tapplika​

Żur l-uffiċini tar-Reġistru Pubbliku f’Binja Onda fil-Marsa, l-Isptar Mater Dei fl-Imsida jew Victoria, Għawdex. Tista’ wkoll tinnotifika twelid billi żżur is-sit elettroniku tal-Aġenzija Identità https://identita.gov.mt  jew  bil-posta billi tibgħat email fuq [email protected]t għal Malta jew [email protected]  għal Għawdex.


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

  • 3 ijiem

    It-2 pass: Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

  • Jumejn

    It-3 pass: Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

  • Ġurnata

    Ir-4 pass: Approvazzjoni tal-Applikazzjoni

  • Ġurnata

    Il-5 pass: Għoti ta’ Servizz

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection