EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

xPloring Intelligence – A Bootcamp on Us and Tech

Ħarsa ġenerali​

xPloring Intelligence huwa bootcamp ta’ ġimgħa li se jsir bejn il-14 ta’ Settembru 2026 u t-18 ta’ Settembru 2026, fl-Università ta’ Malta, l-Imsida. Il-programm jinkludi ħames sessjonijiet ta’ nofs ta’ nhar, kull waħda mit-08:30 sal-13:00, b’żewġ waqfiet ta’ 30 minuta kull waħda.


Spiża: €25 kull applikazzjoni.


X’ser​ tingħata

Dan il-bootcamp interattiv huwa ddisinjat biex jgħin lill-adolexxenti jitgħallmu u jiżviluppaw il-kreattività tagħhom fl-Intelliġenza Artifiċjali u l-Innovazzjoni Diġitali. Is-sessjonijiet se jkopru dawn l-oqsma:


- Ethics of Deepfake Media

- Machine Learning

- Ethics of Machines

- Security

- Building a Mobile Application

- The Metaverse


Eliġibbiltà​​

Għal żgħażagħ li, matul is-sena skolastika 2025/2026 li tibda f’Ottubru 2025, se jkunu:


-Year 7

-Year 8


Kif tapplika​

Segwi il-link: https://mdia.gov.mt/services/um-bootcamps/




Informazzjoni addizzjonali

Il - programm isir bejn l - 14 ta' Settembru 2026  u t- 18 ta' Settembru 2026


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Il-ġenitur jew il-kustodju legali jissottometti l-applikazzjoni online

  • It-2 pass: Stenna l-email ta’ konferma

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection