EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Tnaqqis mit-taxxa għal miżati li tħallsu għall Korsijiet Kulturali u Kreattivi

Ħarsa ġenerali​

Il-ġenituri jew il-kustodji ta’ tfal u żgħażagħ li ma jkunux għalqu s-16-il sena sal-31 ta’ Diċembru 2025 u li jkunu attendew għal korsijiet kulturali jew kreattivi fi skola b’numru SLC matul is-sena 2025, huma eliġibbli għal tnaqqis mit-taxxa sa €300 għal kull tifel/tifla jew żagħżugħ/a.


X’ser​ tingħata

Il-ġenituri jew il-kustodji jistgħu jibbenefikaw minn skema ta’ tnaqqis mit-taxxa ta’ massimu ta’ €300 għal kull tifel/tifla jew żagħżugħ/a.


Eliġibbiltà​​

Tfal taħt is-16-il sena


Kif tapplika​

Jekk inti interessat/a tapplika, jekk jogħġbok informa l-iskola tiegħek, għax il-Kunsill Malti għall-Arti jaċċetta biss applikazzjonijiet sottomessi direttament mill-iskejjel. Biex tkun eliġibbli, l-iskola jrid ikollha numru SLC validu. Il-proċess tal-applikazzjoni se jinfetaħ fuq il-website tal-Kunsill Malti għall-Arti lejn tmiem Jannar 2026. L-iskejjel se jkunu mitluba jissottomettu l-listi tagħhom permezz tas-sistema ta applikazzjoni online tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Għad-dettalji sħaħ dwar il-proċess tal-applikazzjoni u l-iskadenzi eżatti , jekk jogħġbok, żur www.artscouncil.mt.


ID-DATI TAL-APPLIKAZZJONI GĦALL-2026/2027 SE JIĠU RILAXXATI DALWAQT.


Applika

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection