Dan is-servizz jassisti individwi li għandhom diffikultajiet fid-diskors, il-komunikazzjoni, il-lingwa, jew biex jibilgħu. Il-kura tiġi personalizzata skont il-bżonnijiet ta’ kull persuna biex jgħinhom jikkomunikaw b’mod effettiv u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Tfal li jesperjenzaw problemi relatati mat-taħdit, il-lingwa, il-komunikazzjoni, jew biex jibilgħu.
Is-servizzi huma disponibbli permezz tal-Kura Primarja tas-Saħħa. L-appuntamenti jiġu skedati wara referenza jew billi wieħed imur iċ-Ċentru tat-Taħdit u tal-Komunikazzjoni tal-Kura Primarja. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 21231231
Tista’ ssib aktar dettalji fuq il-paġna tal-pubblikazzjonijiet tal-Kura Primarja tas-Saħħa.
https://primaryhealthcare.gov.mt/rizorsi/pubblikazzjonijiet/
