EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Servizz tal-Fostering

Ħarsa ġenerali​

L-għan tas- servizz tal-Fostering huwa li joffri esperjenza ta' familja lil tfal li għal raġuni speċifiċi, ma jistawx jirrisjedu mal-familji bioloġika. Jekk rintegrazzjoni mal-familja mhux possibli, l-esperjenza tal-fostering tista’ issir pjan permanenti.

 

It-tfal għandhom l-opportunita’ li jgħixu f’ ambjent ta’ familja li jagħtu imħabba, sigurta’ u stabbilita’.


X’ser​ tingħata

-Taħriġ inizzjali u Rapport dwar is-sitwazzjoni tad-dar

-Jekk approvati, ħaddiema soċjali tkun allokata biex taġħti sapport lil Foster carers

-Taħriġ u grupp ta’ sapport jiġu provdut kull sena.

-Foster carers jistġħu jibbenefikaw minn sessjonijiet ma’ terapisti

-Servizz ta’ 24/7 fuq in-numru 1778

-Child in Care Benefit

-Specialised fostering allowance (skond kriterji speċifiċi)

-Trust claim Fostering leave (abbażi ta’ qbil mal-Human Resources tal-kumpanija)

-Ħaddiema soċjali tkun identifikata u allokata lit-tfal mis-servizz ta’ Looked After Children.

-It-tfal jistgħu jibbenefikaw minn terapisti u pedjatra tad-Direttorat Kura Alternattiva

-It-tfal jippartecipaw f’ Focus group imħejja mid-Direttorat Kura Alternattiva fejn jiġi diskuss l-esperjenza’ ta’ tfal f kura alternattiva.


Eliġibbiltà​​

Tfal ta bejn 0 sa 17-il sena.


Kif tapplika​

-Iccempel 1778/ Jintbat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook/ Timtela’ il- formola ta’ E-Form.

-Laqgħa inizjali bl-għan li l-applikant ikun assistit u jinġħata iktar informazzjoni fuq fostering.

-L-applikant u kull min jirresjedi fid-dar irid jipprovdi Fedina Penali, kopja ta’ ID card u ċċekjar mar-reġistru tal-Protezzjoni tal-Minuri.

-Taħriġ inizzjali jiġi offrut kif ukoll rapport tas-sitwazzjoni tad-dar.

-Il-Fostering Board japprova jew jirriġetta l-applikazzjoni.

-Proċess ta’ matching isir biex jiġi identifikat foster carer li jilħaq il-bżonnijiet tal-minuri.

-Issir laqgħa bejn il-professonisti u l foster carers u fejn hemm possibilita’ issir pjan ta’ tranżizzjoni

-Ħaddiema Soċjali tkun allokata mal-familja u l-esperjenza tal-fostering tiskatta

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection