EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

MySchool Portal tal-MIS - Sistema ta' Informazzjoni Maniġerjali għall-iskejjel

Ħarsa ġenerali​

Il-Portal tal-MIS huwa pjattaforma online użata minn skejjel, kustodji u studenti biex jikkomunikaw u jaċċessaw informazzjoni relatata mal-iskola.

Il-karatteristiċi bażiċi offruti permezz tal-MIS jinkludu dawn li ġejjin:

  • Żamma ta’ rekords tal-Attendenza tal-Istudenti
  • L-input u l-Pubblikazzjoni tal-Assessjar 
  • Komunikazzjoni permezz ta’ SMS, email u notifiki ppubblikati fil-Portal MySchool lill-istudenti, ġenituri/kustodji legali u l-istaff.
  • Il-Ħolqien u l-forniment ta’ IEP għall-istudenti. (fejn japplika)


  • X’ser​ tingħata

    Wieħed ikun jista’ jaċċessa r-rekords tal-attendenza, ir-riżultati akkademiċi ppubblikati, u jara l-komunikazzjoni mibgħuta mill-iskola.


    Eliġibbiltà​​

    L-istudenti u l-ġenturji/kustodji legali kollha rreġistrati fi skola statali mill-Kinder 1 sal-11-il Sena tal-iskola. Il-ġenituri/kustodji legali jridu jidħlu bil-kont tal-eID tagħhom.


    Kif tapplika​

    Ladarba l-istudenti jkunu rreġistrati fi skola tal-istat, l-iskola u l-ġenituri/kustodji legali jiġu reġistrati fil-portal tal-MIS mill-iskola u jingħataw aċċess.


    Informazzjoni addizzjonali

    Dokumenti meħtieġa: Kif mitlub mill-iskola, mar-reġistrazzjoni.


    Kronoloġija

    • L-1 pass: Sottomissjoni tal-applikazzjoni - Il-ġenituri/kustodji legali għandhom qabelxejn jipprovdu d-dokumenti mitluba mill-iskola għal skopijiet ta’ reġistrazzjoni. Wara, l-iskrivan tal-iskola joħloq ir-rekord tal-istudenti fil-portal tal-MIS.

    MyChild Chatbot
    avatar
    Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection