Check ups ta’ rutina rigward l-iżviluppi skont l-età tat-tarbija tiegħek ikunu skedati meta jkollha bejn 8–12-il ġimgħa, 8 xhur, u 18-il xahar. Dawn il-kliniċi jservu biex isiru eżamijiet kliniċi, bħala monitoraġġ tal-istadji tat-tkabbir biex jiġi assigurat li l-iżvilupp tat-tfal ikun qed jimxi kif suppost, kif ukoll jingħataw pariri ġenerali dwar is-saħħa.
Valutazzjonijiet kliniċi, skrutinju ta’ żvilupp, pariri dwar it-tilqim u gwida dwar nutrizzjoni u żvilupp bikri
Kif indikat aktar qabel, dawn iċ-check-ups huma skedati skont l-età: minn 8 sa12-il ġimgħa , 8 xhur u 18-il xahar
Għal aktar informazzjoni tista’ ċċempel is-Servizz ta’ Appoġġ għall-Klijenti tal-Kura Primarja tas-Saħħa fuq +356 21231231 jew tibgħat email fuq [email protected].
Tista’ ssib aktar dettalji fuq il-paġna uffiċjali tal-pubblikazzjonijiet tal-Kura Primarja tas-Saħħa. https://primaryhealthcare.gov.mt/rizorsi/pubblikazzjonijiet/
Mhux Applikabbli
