Servizz ta’ segwitu għal tfal jew adolexxenti li matul l-iskrutinju ġew identifikati bħala li juru sinjali ħfief ta’ Skoljożi Idiopatika fl-Adoloxxenti. Il-klinika toffri reviżjonijiet regolari biex jiġu mmonitorjati l-bidliet u jiġu pprovduti interventi xierqa.
It-tobba tal-familja li jmexxu l-klinika jsegwu u jissorveljaw tfal u adolexxenti b’Iskoljożi Idiopatika ħafifa.
Tfal li matul l-iskrutinju għall-iskoljożi jiġu identifikati bħala li għandhom sinjali ta’ Skoljożi Idiopatika fl-Adoloxxenti.
Ir-riferimenti għal din il-klinika jsiru mit-tobba u l-infermiera tas-Servizz tas-Saħħa fl-Iskejjel wara l-iskrutinju tal-iskoljożi fl-iskejjel kif ukol mit-tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa jew kliniċi privati li waqt eżami jidentifikaw bidliet konsistenti ma’ Skoljożi Idiopatika fl-Adoloxxenti ħafifa
Aktar informazzjoni tista’ tinstab fuq il-paġna tal-pubblikazzjonijiet tal-Kura Primarja tas-Saħħa. https://primaryhealthcare.gov.mt/rizorsi/pubblikazzjonijiet/
Mhux Applikabbli
