Il-Wellness Pod huwa servizz iddedikat biex joffri appoġġ psikoterapewtiku lil tfal ta’ bejn il-5 u s-17-il sena li qed jaffaċċjaw mard jew telf ta’ qarib.
It-tfal jistgħu jattendu waħda mis-sessjonijiet varji ta’ gruppi psikoterapewtiċi li jsiru fiċ-Ċentru tal-KVF, immexxija minn professjonisti fil-qasam tas-saħħa mentali. Fejn ikun hemm bżonn, it-tfal jingħataw ukoll appoġġ edukattiv. Fejn meħtieġ tiġi wkoll offruta terapija individwali.
Tfal li għandhom bejn 5 snin sa 17-il sena
It-tfal jistgħu jiġu riferuti lill-KVF permezz tal-iskejjel tagħhom, tobba, jew professjonisti oħra. Il-ġenituri jew il-kustodji jistgħu wkoll jirreferu lil uliedhom huma stess. Ladarba tidħol applikazzjoni jew formola ta’ referenza, jiġu kkuntattjati l-ġenituri jew kustodji.
