EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

JA Malta Il-Programm tal-Kumpanija

Ħarsa ġenerali​

JA Malta l-Programm tal-Kumpanija joffri lill-istudenti post-sekondarji l-opportunità li jieħdu idea ta’ negozju, jifformulawha u jagħmluha realtà matul sena akkademika waħda; kollox fil-qafas ta’ network interorganizzattiv taż-żgħażagħ.

Il-programm jgħaqqad liż-żgħażagħ ma’ network organizzattiv u globali ta’ professjonisti tan-negozju .

Il-Programm tal-Kumpanija JA Malta huwa bbażat fuq il-prinċipju  ta’ “tagħlim permezz tal-prattika”, u jipprovdi struttura li  tgħaddi lill-parteċipanti minn kull fażi -ta’ ħolqien ta’ kumpanija żgħira. L-esperjenza ta’ tagħlim permezz tal-prattika tiġi mwassla permezz ta’ workshops prattiċi, gwida minn mentors, u feedback mill-ġurija f’kull stadju.


X’ser​ tingħata

Ir-riżultati tat-tagħlim mill-Programm tal-Kumpanija JA Malta  jinkludu l-abbiltà tal-istudent li:

- Jipparteċipa f’attivitajiet ta’  kreattività, ideazzjoni u soluzzjoni ta’ problemi.
- L-abbiltà li jipprepara u jagħmel preżentazzjoni  quddiem udjenza.
- Jibni kunfidenza u attitudni pożittiva fil-kapaċità tiegħu.
- L-abbiltà li jaħdem fi ħdan tim u jikkollabora.
- Jinnegozja u jieħu deċiżjonijiet.
- Jistabbilixxi għanijiet, jimmaniġġja l-ħin, u jieħu riskji.
- Joħloq u jwettaq Pjan ta’ Negozju.
- Jiżviluppa  Għarfien Finanzjarju.

 Ir-rebbieħa ta’ din il-kompetizzjoni se jkollhom l-opportunità li jirrappreżentaw lil Malta fl-akbar festival Ewropew  ta’  intraprenditorija, Gen-E, organizzat minn JA Europe.


 


Eliġibbiltà​​

  • Età: 15 - 18
  • Iridu jkunu irreġistrati f’istituzzjoni edukattiva (eż. sixth form)
  • Iridu ikunu parti minn grupp ta’ minimu  2 persuni u massimu ta’ 7


Kif tapplika​

Imla il-formula li tinsab fuq https://jamalta.org/enrol/


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Imla l-formola li tinsab fuq il-paġna ta’ reġistrazzjoni tal-JA Malta

  • It-2 pass: Ħallas id-donazzjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ EUR 45

  • Bejn ġurnata u jumejn

    It-3 pass: Tirċievi konferma tar-reġistrazzjoni fbil-passi li jmiss biex tibda l-programm

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection