EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Il-Passaport tal-Istudenti ta’ Heritage Malta

Ħarsa ġenerali​

Il-Passaport tal-Istudenti ta’ Heritage Malta hija inizjattiva sabiħa li tagħti lill-istudenti aċċess bla ħlas għall-mużewijiet nazzjonali u s-siti storiċi ta’ Malta, filwaqt li tħeġġiġhom jesploraw u japprezzaw l-istorja għanja u l-kultura ta’ pajjiżna.


X’ser​ tingħata

Permezz tal-passaport, l-istudenti jgawdu ħarġiet edukattivi memorabbli ma’ ħbiebhom u ma’ dawk li jieħdu ħsiebhom, billi kull passaport jippermetti dħul b’xejn għall-istudent/a u għal żewġ adulti li jakkumpanjawh/a. L-iskema hi miftuħa għat-tfal kollha li jattendu kwalunkwe skola f’Malta.


Eliġibbiltà​​

Mis - Sena 1 (etajiet 5/6) sa Sena 11 (etajiet 15/16) 


Kif tapplika​

Il-passaport jingħata awtomatikament lil kull student fl-Ewwel Sena.

Is-siti u l-mużewijiet kollha ta’ Heritage Malta huma bla ħlas għat-tfal ta’ bejn 0 u 5 snin.

Studenti li jattendu l-ITS, MCAST, JC u skejjel post-sekondarji oħra huma eliġibbli għal dħul bla ħlas.

Heritage Malta regolarment torganizza attivitajiet għat-tfal ta’ bejn it-3 u l-15 il-sena; il-lista tal-avvenimenti tista’ tinstab fuq il-midja soċjali u l-website ta’ Heritage Malta.

Studenti li ma jattendux skola f’Malta xorta waħda jgawdu minn rata mnaqqsa tad-dħul meta jippreżentaw karta valida ta’ student.

Kronoloġija

  • L- 1 Pass: Iġbor il‑karta tiegħek ta’ Heritage Malta mill‑iskola tiegħek

  • It - 2 Pass: Matul l-ewwel żjara f’sit jew mużew ta’ Heritage Malta (bl‑eċċezzjoni ta’ Borġ in‑Nadur, l‑Ipogeu ta’ Ħal Saflieni, is‑Sit Megalitiku ta’ Ta’ Ħaġrat, is‑Sit Preistoriku ta’ Skorba u l‑Mużew tan‑Natura f’Għawdex), l‑istudenti jingħataw il‑passaport tagħhom ta’ Heritage Malta.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection