EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Girls Go Circular

Ħarsa ġenerali​

Girls Go Circular (GGC) huwa programm immirat biex jgħallem lill-bniet, li għandhom bejn 14 u 19-il sena, dwar l-Ekonomija Ċirkolari u biex inaqqas id-distakk bejn is-sessi fil-ħiliet diġitali, permezz ta’ numru ta’ moduli ta’ tagħlim prattiku, maħsub apposta għal etajiet u livelli differenti ta’ ħiliet. Jingħata ċertifikat  wara li jintemm b’suċċess kull modulu, u ċertifikat addizzjonali  wara li jitlestew il-moduli ewlenin.

Is-sessjonijiet isiru personalment fi skejjel, minn taħlita ta’ voluntiera u membri tal-istaff ta’ JA, u jinkoraġġixxu lill-istudenti jaħsbu, jirriflettu, jagħmlu riċerka, u jipproduċu kontenut relatat kemm mal-Ekonomija Ċirkolari kif ukoll mal-Ħiliet Diġitali f’esperjenza li tħajjar u tinvolvi lill-parteċipanti f’dawn l-oqsma ta’ suġġetti kontemporanji STEM.

 Jekk taħseb li l-bniet fl-iskola tiegħek jixtiequ jkunu fuq quddiem f’dawn l-oqsma emerġenti, ikkuntattjana llum.

 Nota importanti: Jekk l-iskola tiegħek għandha klassijiet imħallta, il-ġuvintur jistgħu wkoll jipparteċipaw u jikkontribwixxu għall-esperjenza. Madankollu, kif jimplika l-isem tal-programm, huma ma jkunux jistgħu jiksbu l-istess ċertifikat bħall-bniet (iżda noħolqu ċertifikat apposta għall-ġuvintur, bħala rikonoxximent tal-isforz u l-kisba tagħhom).

Bniet interessati fil-programm, iżda mhux affiljati ma’ skola, jistgħu xorta jipparteċipaw b’mod awtonomu, u huma mħeġġa jirreġistraw u jlestu l-programm bir-ritmu tagħhom.


X’ser​ tingħata

It-timijiet finalisti se jwasslu l-preżentazzjonijiet tagħhom direttament fuq il-palk fi Brussell f’Ottubru 2025.


Eliġibbiltà​​

Età: 14 - 19
Tim ta’ massimu 4 bniet
Agħżel suġġett relatat mas-sigurtà ċibernetika


Kif tapplika​

Jekk inti interessata, ikkuntattja lil [email protected]

Kronoloġija

  • L -1 Pass: Ikkuntattja lil [email protected]

  • It - 2 Pass: Tiġi ikkuntattjat minn JA Malta.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection