Il-Programm ta’ rabta bejn l-Familja, l-Iskola u l-Komunità (FCSL) hija inizjattiva mmirata biex tissaħħaħ il-konnessjoni bejn il-familji, l-iskejjel, u l-komunità u sa' biex jittejbu r-riżultati edukattivi u l-iżvilupp bejn it-tfal u ż- żgħażagħ.
Il-Ġenituri se jirċievu:
- Appoġġ individwalizzat imfassal skont il-bżonnijiet tagħhom;
- Workshops prattiċi;
- Assistenza diġitali;
- Informazzjoni dwar servizzi komunitarji offruti mis-servizz pubbliku u mill-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.
Ġenituri ta' tfal li għandhom bejn 0 u 16-il sena.
Ikkuntattja lill-uffiċjal rispettiv fl-iskola jew ikkuntattjana bl-email fuq [email protected]
