EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Edukazzjoni Dilemme

Ħarsa ġenerali​

Edukazzjoni Dilemme hija logħba interattiva li timita sitwazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji reali. Intenzjonata għal studenti minn 12-il sena 'l fuq, il-logħba tqiegħed lill-parteċipanti f’sitwazzjonijiet ta’ sfida fejn iridu jimmaniġġjaw ir-riżorsi tagħhom, jibbilanċjaw il-baġit, u jieħdu deċiżjonijiet finanzjarji għaqlin. Permezz tal-logħob, l-istudenti jiżviluppaw ħiliet essenzjali bħall-ħsieb kritiku, is-soluzzjoni tal-problemi, u l-ħidma f’tim.

Junior Achievement Malta toffri żewġ modi biex tintroduċi Dilemme fil-klassi: Billi tipprovdi taħriġ komprensiv lill-għalliema biex jintroduċu l-logħba b’mod indipendenti jew billi t-tim ta’ JA jmexxi sessjoni direttament fil-binja tal-iskola


X’ser​ tingħata

Għanijiet tat-tagħlim jinkludu l-ħila li:

- Timmmaniġġja l-finanzi personali inkluż il-baġit, tfaddil u nefqa għaqlija

- Tiżviluppa l-ħila li tanalizza sitwazzjonijiet u tieħu deċiżjonijiet infurmati

- Tikseb għarfien prattiku ta’ kunċetti ekonomiċi ewlenin, maniġġjar tar-riskju u l-assigurazzjoni


Eliġibbiltà​​

Età: Minn 12-il sena 'l fuq


Kif tapplika​

Ikkuntattjana fuq  [email protected] u aħna niggwidawk għall-passi li jmiss.

Kronoloġija

  • L -1 Pass: Ikkuntattja lil [email protected]

  • It - 2 Pass: Tiġi ikkuntattjat minn JA Malta biex jiggwidawk għall-passi li jmiss.

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection