Blockcerts hija l-pjattaforma uffiċjali taċ-ċertifikazzjoni diġitali ta’ Malta li tipprovdi ċertifikati
akkademiċi sikuri u verifikabbli permezz tat-teknoloġija blockchain. Tippermetti lill-istudenti jirċievu,
jaħżnu u jaqsmu ċ-ċertifikati edukattivi tagħhom b’mod diġitali.
Tista’ tissejvja ċ-Ċertifikati Diġitali kollha tiegħek bħaċ-Ċertifikati tal-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi (IPS), iċ-Ċertifikati tal-Iskola, Ċertifikati ICT C3, u ċertifikati oħra maħruġa permezz ta’ Blockcerts f’post wieħed fuq il-mowbajl jew it-tablet tiegħek.
16 +
Segwi l-passi fuq il-website biex tniżżel l-applikazzjoni, Blockcerts Wallet
https://education.gov.mt/useful-links/blockcerts/
