L-għaqda tagħna hija Organizzazzjoni Volontarja reġistrata li hija impenjata li tippromwovi l-professjoni tal-Patoloġija tal-Lingwa u t-Taħdit. Aħna naħdmu biex nassiguraw servizzi ta’ l-ogħla kwalità f’Malta billi tiġi mħarsa l-kodiċi tal-etika, jiġu miżmuma l-istandards professjonali aġġornati, u jiġu promossi opportunitajiet għal żvilupp professjonali kontinwu.
L-attivitajiet ewlenin tagħna jinkludu: Għarfien pubbliku fuq oqsma relatati mal-professjoni u fuq individwi b’diffikultajiet fil-komunikazzjoni u diffikultajiet fl-ikel jew fix-xorb, sabiex jingħataw kura xierqa u fil-ħin. Appoġġ lil Patoloġisti tal-Lingwa u t-Taħdit (SLPs) permezz ta’ żvilupp professjonali kontinwu. Aħna wkoll għandna rwol kruċjali fil-ħarsien tal-prattika etika, nipproteġu kemm lill-professjonisti kif ukoll lill-pubbliku, u niżguraw li l-istandards tagħna jibqgħu allinjati ma’ żviluppi attwali fil-qasam. Aħna impenjati li nibnu organizzazzjoni sostenibbli ffukata fuq il-membri li twettaq il-missjoni tagħna b’mod effettiv u effiċjenti.
ASLP toffri pjattaforma għal professjonisti sabiex jippromwovu s-servizzi tagħhom fis-settur privat, billi joffru appoġġ lil individwi ta’ kull età li jesperjenzaw diffikultajiet fit-taħdit, fil-lingwa, fil-komunikazzjoni u diffikultajiet biex wieħed jibla’.
Persuni jistgħu jżuru s-sit elettroniku tagħna fuq https://aslpmalta.org għal aktar informazzjoni dwar id-diffikultajiet differenti u https://aslpmalta.org/find-a-slp/ biex isibu Patoloġista tal-Lingwa u t-Taħdit kwalifikat u reġistrat li jista’ jindirizza l-bżonnijiet tagħhom.
Din l-għodda tippermetti lill-utent jagħmel tfittxija għas-servizzi bbażata fuq l-ispeċjalizzazzjoni, lokazzjon, l-età u il-mod preferut tas-servizz: fi klinika, fid-dar, jew online (telepractice).
Kull età – inkluż trabi u anzjani.
Tista’ tikkuntattjana billi timla il-formula fuq https://aslpmalta.org jew via e-mail fuq [email protected]
