EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Malta Public Transport - Back to School campaign

Ħarsa ġenerali​

Malta Public Transport nediet il-kampanja Lura lejn l-Iskola, fejn qed toffri lill-istudenti eliġibbli l-opportunità li jirreġistraw għal Tallinja Card personalizzata b'xejn, inkluż l-ispejjeż tal-posta, bejn it-Tlieta 1 ta' Settembru u l-Ġimgħa 30 ta' Ottubru 2026. Il-kampanja hi mmirata għal tfal u studenti li sejrin lura l-iskola, l-MCAST, Junior College, l-Università ta' Malta u istituzzjonijiet edukattivi oħra għas-sena skolastika l-ġdida. La darba jkunu reġistrati, l-istudenti jistgħu jivvjaġġaw b'xejn fuq is-servizzi tal-Malta Public Transport, kemm dawk ta' matul il-jum kif ukoll ta' matul il-lejl, permezz tat-Tallinja Card personalizzata tagħhom.


X’ser​ tingħata

Tallinja Card personalizzata b'xejn inkluż il-posta. Din tista' tintuża biex l-istudenti jivvjaġġaw lejn u mill-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll għall-ivvjaġġar ġenerali matul il-jum u wara l-ħinijiet tal-iskola.


Eliġibbiltà​​

Il-kampanja hija miftuħa għal studenti bejn l-età ta' 11 u 16-il sena, u għal studenti ta' 17-il sena u aktar li jipprovdu prova li qed jattendu kors full-time ta' aktar minn tliet xhur.


Kif tapplika​

Għafas il- buttuna "Applika".


Applika

Kronoloġija

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection