EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Life Skills Lab – Sajf 2026

Ħarsa ġenerali​

Il‑Life Skills Lab 2026 huwa programm tas‑sajf strutturat u b’xejn offrut minn Aġenzija Żgħażagħ, imfassal biex jagħti sapport fl‑iżvilupp personali taż‑żgħażagħ f’ambjent sigur, attraenti u sorveljat b’mod professjonali. Permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ attivitajiet — dawn jinkludu programmi ta’ ħiliet tal‑ħajja, klabbs tematiċi, bootcamps, programmi li huma akkreditati u esperjenzi residenzjali — iż‑żgħażagħ jiġu mħeġġa jiżviluppaw il‑kunfidenza fihom infushom, ir‑reżiljenza u ħiliet essenzjali għall‑ħajja ta’ kuljum.

 

Is‑servizz jiffoka fuq l‑iżvilupp tal‑komunikazzjoni, il‑ħidma f’tim, it‑tmexxija, il‑kreattività, l‑għarfien diġitali u l‑ħsieb kritiku permezz ta’ tagħlim prattiku u esperjenzi kollaborattivi. L‑attivitajiet kollha jitwasslu minn youth workers kwalifikati li jipprovdu gwida, appoġġ u mudelli pożittivi. Il‑programm jippromwovi wkoll l‑inklużjoni, ir‑rispett, il‑benesseri u ċ‑ċittadinanza attiva, u jiżgura li kull parteċipant iħossu apprezzat u mogħti is-sapport meħtieġ.

 

Dan is‑servizz se jsir fiċ‑ċentri kollha ta’ Aġenzija Żgħażagħ li jinsabu ġewwa Santa Venera, l-Msida, l-Qawra, MCAST Paola, iċ‑Ċentru tal‑Attivitajiet ta’ Marsaxlokk u Ħad Dingli; u Għajnsielem Għawdex.

 

Għal aktar informazzjoni tista’ tagħfas fuq din il-ħolqa -  Life Skills Lab Information Sheet


X’ser​ tingħata

-   Ħiliet prattiċi tal‑ħajja li jappoġġjaw l‑iżvilupp personali u soċjali permezz ta’ esperjenza hands-on.

-   Ambjent sigur li jrawwem il‑kunfidenza, sens ta’ appartenenza, l‑espressjoni personali u l‑benesseri.
-   Gwida minn youth workers li tiżgura kwalità fil-presentazzjoni, inkoraġġiment u mudelli pożittivi.
-   Opportunitajiet kreattivi u kollaborattivi li jsaħħu l‑komunikazzjoni, it‑tmexxija, il‑ħidma f’tim u l‑ħiliet tas‑soluzzjoni tal‑problemi.
-   Esperjenzi sinifikanti li jsaħħu r‑reżiljenza, l‑għarfien personali, it‑tħejjija għall‑futur u l‑impenn fil‑komunità.


Eliġibbiltà​​

Żgħażagħ bejn it‑12 u s‑16‑il sena


Kif tapplika​

L‑applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu online permezz tal‑formola uffiċjali ta’ applikazzjoni:

https://forms.office.com/e/aXLM0zjrCQ


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass – Imla l Formola ta’ Applikazzjoni Online. Il ġenituri jew il gwardjani jridu jimlew l applikazzjoni diġitali permezz tal link uffiċjali pprovdut minn Aġenzija Żgħażagħ.

  • It-2 pass – Analiżi tal Applikazzjoni minn Aġenzija Żgħażagħ

  • It-3 pass – Notifika ta’ Konferma: Tintbagħat messaġġ ta’ konferma minn Aġenzija Żgħażagħ li jinkludi d dettalji tal parteċipazzjoni, post, ir rekwiżiti u talba għall formoli ta’ kunsens.

  • Ir-4 pass – Attendenza u Parteċipazzjoni: Il parteċipanti jattendu u jipparteċipaw fil programm(i) magħżul(a).

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection