EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Let’s Move Malta

Ħarsa ġenerali​

Let’s Move Malta hija kampanja nazzjonali li tippromwovi l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà, bil-għan li tħeġġeġ lil kulħadd biex ikun aktar attiv. Il-kampanja tintroduċi firxa wiesgħa ta’ inizjattivi maħsuba għal etajiet u livelli ta’ abilità differenti.

Aħna żidna u tejjebna s-sessjonijiet ta’ Sport Fundamentals, li issa jdumu 90 minuta biex l-istudenti jingħataw aktar ħin biex jiżviluppaw il-ħiliet u l-kunfidenza tagħhom.


Il-Programm għall-Adulti wkoll ġie estiż u joffri firxa usa’ ta’ sessjonijiet bħalma huma Zero to 5km Running, Aqua Fitness, Yoga, Fitness Training, Dance Fitness, u ħafna 
oħrajn.

Inizjattivi ġodda jinkludu:

Programm Ġenitur u Tifel/Tifla (età 2.5 - 3 snin): Il-ġenituri jipparteċipaw b’mod 
attiv waqt li t-tfal jitgħallmu ħiliet motoriċi bażiċi permezz ta’ coaching strutturat.

Programm Teen Adventure (età 12 - 16-il sena): Esperjenza unika li tgħaqqad l-isport, ix-xogħol f’tim u l-iżvilupp ta’ ħiliet għall-ħajja.

SportMalta Hubs - B’kollaborazzjoni ma’ assoċjazzjonijiet u klabbs sportivi, SportMalta Hubs se jaħdmu biex jagħmlu l-isport aktar inklużiv u aċċessibbli, filwaqt li jiggwidaw lill-parteċipanti biex jingħaqdu ma’ klabbs u jmexxu 'l quddiem il-progress sportivi tagħhom.

 

Sib il-links għal programmi Maltin u Għawdxin hawn taħt:

 

Malta: Leaflet Lets Move Summer 2026.pdf - Google Drive


X’ser​ tingħata

Kull parteċipant se jitħarreġ minn kowċ kwalifikat u b’esperjenza, f’faċilitajiet moderni u mgħammra tajjeb ta’ SportMalta.

Kull student irreġistrat se jirċievi wkoll T-shirt uffiċjali ta’ Let’s Move Malta bħala parti mill-parteċipazzjoni tiegħu jew tagħha.


Eliġibbiltà​​

Il-programmi ta’ Let’s Move Malta huma miftuħa għal parteċipanti bejn 2.5 u 16-il sena, filwaqt li l-Programmi għall-Adulti jibdew minn 17-il sena ’l fuq.

Din l-istruttura tħeġġeġ parteċipazzjoni kontinwa mill-età żgħira sal-età adulta, u tippromwovi impenn fit-tul fl-isport u l-attività fiżika.


Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru permezz tas-sistema l-ġdida ta’ booking fuq : https://www.sportmalta-bookings.com/ li hija maħduma biex il-proċess tal-booking ikun aktar effiċjenti, faċli biex jintuża u aċċessibbli għal kulħadd.

 

Kif toħloq kont: Kif toħloq kont

 

Kif tapplika għal klassi: Irreġistra fuq is - sit ta' SportMalta

 

 

 


Applika

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection