Id-Direttorat għall-Istudenti Internazzjonali, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni qed joffri Kors tas-Sajf tal-Lingwa (Language to Go!) biex jgħin lill-istudenti li għadhom kif waslu biex jitgħallmu l-lingwa Maltija u/jew l-Ingliż. Dawn il-korsijiet huma kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-proġett “ILD Connect”[AMIF.SO2.352] (AMIF: 2021–2027).
It-8 sessjonijiet idumu 80 minuta kull waħda u jsiru darbtejn jew tliet darbiet fil-ġimgħa għal tliet jew erba’ ġimgħat konsekuttivi, u jibdew mit-13 ta’ Lulju 2026. Dawn id-dati jistgħu jinbidlu skont iċ-ċirkustanzi. L-istudenti li jattendu l-iskola mit-2 sena sal-10 sena jistgħu jagħżlu li jattendu lezzjonijiet bil-Malti, bl-Ingliż, jew biż-żewġ lingwi.
Il-parteċipazzjoni hija mingħajr ħlas u s-sessjonijiet isiru onlajn.
Tagħlim bażiku fil-lingwa Maltija, Ingliża, jew fit-tnejn.
Studenti internazzjonali li jattendu l-iskola mit-2 sena sal-10 sena.
Il-ġenituri jistgħu japplikaw permezz ta’ din il-ħolqa - https://forms.office.com/e/cAB2fXyh9J
