EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

L-Iskema ta’ Scholarship għall-Arti

Ħarsa ġenerali​

L-Iskema ta’ Scholarship għall-Arti f’Malta għandha l-għan li toffri aktar opportunitajiet lil persuni b’talent straordinarju biex jiżviluppaw b’mod professjonali fl-ambitu tal-arti. Il-prijorità tingħata lit-teatru, il-mużika, iż-żfin, id-diżinn, il-kitba kreattiva, il-film, l-arti viżiva, jew kwalunkwe taħlita minn dawn.


X’ser​ tingħata

Il-possibiltà li tibbenifika minn scholarship.


Eliġibbiltà​​

L-applikanti għall-ischolarship tal-Arti għandhom jissodisfaw waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin relatati mar-residenza jew ċittadinanza: ikunu ċittadini Maltin li ilhom jgħixu f’Malta għall-ħames snin li għaddew (esklużi perjodi barra minn Malta għal studju, saħħa, xogħol jew raġunijiet validi oħra); jew ikunu ċittadini tal-EU/EEA.

*Ara r-Regolamenti tas-sena rispettiva.
 


Kif tapplika​

  • Agħfas il-buttuna “Applika” hawn taħt

  • Imla l-formola bid-dettalji personali tiegħek

  • Iċċekkja t-tweġibiet tiegħek biex tiżgura li kollox hu korrett

  • Issottometti l-formola elettronika.

 


Applika

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection