Dawn il-Klassijiet ta’ Reviżjoni tas-SEC huma organizzati għaż-żgħażagħ bejn l-etajiet ta’ 15 u 29
sena li se jagħmlu l-eżamijiet ta’ resit tas-SEC f’Settembru 2026 (Livell Ordinarju) fis-suġġetti li ġejjin:
il-Bijoloġija, il-Fiżika, il-Matematika, il-Malti u l-Ingliż.
L-istudenti jistgħu jagħżlu sa 3 suġġetti (li tinkludi għażla ta’ suġġett wieħed tax-xjenza) jekk ġabu l-marka 6 jew inqas f’iżjed minn suġġett wieħed.
• 6 sigħat ta’ lezzjonijiet fil-ġimgħa għal kull suġġett għal 5 ġimgħat, m’għalliema kkwalifikati u t’esperjenza; u • Karti passati b’xejn u materjal ieħor.
Fejn se jsiru l-klassijiet?
Malta
Għawdex
Kulleġġ t’Għawdex – Skola Sekondarja, ir-Rabat, Għawdex
Tistgħu ssibu aktar informazzjoni dwar dawn il-Klassijiet ta’ Reviżjoni hawn
Żgħażagħ ta’ bejn il-15 u d-29 sena li fis-sessjoni ta‘ Mejju 2026 poġġew għal Livell 2-3 jew Livell 3- 3* (fil-kas tal-Matematika) u ma kisbux il-Livell 3 jew ġabu U jew kienu assenti, jistgħu japplikaw għall-Klassijiet ta’ Reviżjoni SEC.
L-applikazzjoni onlajn se tinfetaħ ftit wara li jiġu ppubblikati r-riżultati tal-eżamijiet ta’ Mejju mill-MATSEC.
Għal aktar informazzjoni tista’ tidħol hawn
Jobs Plus
Birzebbuga Road
Jobsplus Head Office
HAL FAR - BIRZEBBUGIA
BBG 3000
Malta
Jobs Plus
Birzebbuga Road
Jobsplus Head Office
HAL FAR - BIRZEBBUGIA
BBG 3000
Malta
Jobs Plus
Birzebbuga Road
Jobsplus Head Office
HAL FAR - BIRZEBBUGIA
BBG 3000
Malta
