Il-Klabbs tal-Kitba Kreattiva huma sessjonijiet prattiċi ta' kitba għall-pjaċir fuq perjodu ta' erba' ġimgħat, bil-Malti u bl-Ingliż, għal tfal ta' bejn is-7 u t-13-il sena. Dawn is-sessjonijiet jippermettu lit-tfal iħaddmu l-proċess tal-kitba f'ambjent pjaċevoli u rilassat.
Il-mira ta' dan il-program hija li jittejbu l-ħiliet tal-kitba tat-tfal barra mill-ambjent skolastiku. Jinkoraġġixxi l-kreattività, jitrawmu ħiliet tal-kitba ġodda, u jinkoraġġixxi l-imħabba għall-kitba fost it-tfal u l-familji tagħhom. Barra minn hekk, l-aspett soċjali ta' dawn is-sessjonijiet iħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn il-membri tal-familja waqt li joffru espożizzjoni kemm għall-Malti kif ukoll għall-Ingliż. Jgħin ukoll biex it-tfal jiżviluppaw l-kunfidenza fil-kitba u jinkoraġġixxi attitudni pożittiva lejn it-tagħlim tal-lingwa.
Tfal mit-3 sat-8 sena fl-iskejjel statali u mhux statali.
L-applikazzjonijiet isiru billi tintbagħat email fuq [email protected] jew bit-telefown fuq 25983326. Il-ħlas isir bi flus kontanti billi l-klijenti jiġu personalment l-Aġenzija tal-Litteriżmu jew bil-posta jew b’bank transfer.
