Applikazzjoni biex tinħareġ Karta tal-Identità Maltija għal Ċittadini Maltin.
Karta tal-Identità Maltija. L-applikant jista’ japplika wkoll għall-Kont tal-eID billi jimla Sezzjoni Ċ minn fuq l-applikazzjoni ID10 jew Sezzjoni B minn fuq l-applikazzjoni ID10a.
Il-persuni kollha li għandhom 'il fuq minn 14-il sena.
Żur it-Taqsima tal-Karta tal-Identità f’Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda jew The Tower, l-ewwel sular, Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex waqt il-ħinijiet tal-ftuħ:
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa – 7.30 am sa 2.00 pm
L-Erbgħa wara nofsinhar – 3.00 pm sa 6.00 pm
Sibt – 7.00 am sa 11.00 am
Il-formola tista’ timtela online u tintbagħat elettronikament. Tintbagħat irċevuta b’imejl u l-applikant juriha meta jżur l-uffiċċju tal-Karta tal-Identità.
Sabiex tapplika għall-Kont tal-eID, l-applikant għandu bżonn indirizz tal-imejl personali
