EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Is-servizz taċ-Child Safety Service

Ħarsa ġenerali​

Dan is-servizz speċjalizzat jittratta sitwazzjonijiet ta’ abbuż tat-tfal li jinkludi dak fiżiku, traskuraġni, emozzjonali, sesswali u każijiet tat-tfal li jkunu f’riskju. It-tim joffri lezzjonijiet u programmi ta’ prevenzjoni, jidentifikaw u jirrappurtaw l-abbuż filwaqt li jipprovdu edukazzjoni, konsultazzjoni, sessjonijiet mal-counsellor fl-iskejjel, mal-familji u mal-edukaturi madwar Malta u Għawdex.


X’ser​ tingħata

  • Sessjonijiet ta’ intervent one-to-one ma’ studenti fl-età tal-iskola u l-ġenituri/gwardjani tagħhom;
  • Sessjonijiet ta’ gruppi żgħar;
  • Interventi tal-klassi;
  • Laqgħat tal-ġenituri;
  • Laqgħat tat-Tim tal-Maniġment Anzjan;
  • Appoġġ u konsultazzjoni mal-edukaturi, inklużi membri tat-Timijiet tal-Maniġment Għoli tal-iskejjel;
  • Attivitajiet ta' prevenzjoni, bħal taħditiet mal-ġenituri;
  • Provvista ta' sessjonijiet ta' CoPE u taħriġ ieħor għall-edukaturi;
  • Lezzjonijiet ta' prevenzjoni mfassla għall-ħtiġijiet tal-klassi;
  • Riferiment għal membri oħra tat-tim Psikosoċjali;
  • Ħidma kollaborattiva ma’ professjonisti/entitajiet oħra.


Eliġibbiltà​​

Is-servizz ifittex li jappoġġja tfal li huma vittmi ta’ abbuż jew li jinsabu f’riskju ta’ abbuż.


Kif tapplika​

Is-servizz huwa offrut mill-Wellbeing Services permezz ta’ referenzi mill-iskejjel.
 
Directorate for Educational Services (DES)
Fra Gaetano Pace Forno Street Hamrun, Malta.
HMR 1101
 
Email: [email protected]
Tel: 25983497/25983421​

Kronoloġija

  • Mhux Applikabbli

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection