Embark for Life jappoġġja żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-25 sena li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali jew li qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex isibu jew iżommu impjieg, edukazzjoni jew opportunitajiet ta’ volontarjat. Is-servizz jgħinhom jiżviluppaw l-indipendenza tagħhom u jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.
Żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-25 sena li jinsabu f’riskju ta’ esklużjoni soċjali jew li jeħtieġu appoġġ biex jidħlu jew jibqgħu fl-edukazzjoni, fl-impjieg jew fil-volontarjat.
Ir-referenzi jistgħu jsiru minn ġenituri jew kustodji, professjonisti, NGOs jew aġenziji oħra. Għal minuri huwa meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur jew kustodju qabel ma ssir ir-referenza.
Mhux Applikabbli
