EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Catch Up Classes - Xitwa u Sajf

Ħarsa ġenerali​

L-għan tal-Catch-Up Classes Programme - Sajf u Xitwa huwa li jgħin lill-istudenti li jeħtieġu ftit aktar għajnuna u reviżjoni fl-istudji tagħhom. Dan il-programm jagħti ukoll opportunità ta’ reviżjoni lil dawk li jixtiequ jirrevedu u jħossuhom aktar kunfidenti matul is-sena skolastika. Il-programm huwa maħsub għall-istudenti mill-1 sal-10 sena u huwa miftuħ għall-istudenti kollha ta’ Malta u Għawdex. 

 

Il-Catch-Up Classes jipprovdu opportunità ta’ reviżjoni fis-suġġetti ewlenin li jkunu saru matul is-sena skolastika preċedenti. Dawn il-lezzjonijiet qed jiġu provduti u mgħallma minn għalliema kwalifikati lill-istudenti kollha fi gruppi żgħar kemm f’livell primarju kif ukoll f’dak sekondarju.


X’ser​ tingħata

Skeda tal-klassijiet ta’ Catch-Up tas-Sajf

 

Il-Catch-Up Classes Programme tas-Sajf 2026 huwa inizjattiva f’forma ta’ lezzjonijiet fiżikament u online maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti mill-Year 1 sal-Year 10 permezz ta’ reviżjoni u biex jgħinhom jiksbu aktar kunfidenza fl-istudji tagħhom. 

 

Tul tal-Programm

Dati: It-Tnejn, 13 ta’ Lulju – Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru 2026

Skeda: Mit-Tnejn sal-Ħamis għal 8 ġimgħat konsekuttivi

 

 

Ħinijiet tal-Ftuħ taċ-Ċentri

Ċentri Primarji: 9:00 ta’ filgħodu – 12:00 ta’ nofsinhar

Ċentri Sekondarji: 8:45 ta’ filgħodu – 12:30 ta’ nofsinha

 

 

Ċentri Fiżiċi (In-Person Centres)
Primarji (Mill-1 sena sas-6):

Skola Primarja Marsascala (San Ġwakkin)

Skola Primarja Raħal Ġdid (Paola)

Skola Primarja Kirkop

Skola Primarja Santa Venera

Skola Primarja Mosta (Ex Lily of the Valley)

Skola Primarja San Ġwann

Skola Primarja San Pawl il-Baħar

Skola Primarja Rabat Għawdex

 

Sekondarji (Mis-7 sal-10 sena):

Skola Sekondarja Kirkop

Skola Sekondarja Mrieħel

Skola Sekondarja Mosta (Ex Lily of the Valley)

 

Ċentri Virtwali (Online)

Skola Primarja Virtwali (Mill-1 sena sas-6)

Skola Sekondarja Virtwali (Mis-7 sal-10 sena)

 

Il-Programm tal-Catch-Up Classes tax-Xitwa (Sibtijiet) 2026-2027

Il-Programm ta’ Catch-Up Classes tax-Xitwa (is-Sibtijiet) huwa inizjattiva f’forma ta’ lezzjonijiet fiżikament u online maħsuba biex tappoġġja lill-istudenti mill-Year 1 sal-Year 11 permezz ta’ reviżjoni u biex jgħinhom jiksbu aktar kunfidenza fl-istudji tagħhom. (Year 11 biss b’mod virtwali)

 

Tul tal-Programm
Dati: Is-Sibt, 14 ta’ Novembru 2026 – Is-Sibt, 5 ta’ Ġunju 2027
Skeda: Is-Sibtijiet għal tletin ġimgħa

 

Ħinijiet tal-Ftuħ taċ-Ċentri
Ċentri tal-Primarja: 9:00 AM – 12:00 PM
Ċentri tas-Sekondarja: 9:00 AM – 12:00 PM

 

 

Ċentri Fiżiċi (In-Person Centres)
Primarji (Mill-1 sena sas-6):

Marsascala Primary School (St Joachim) 

Paola Primary School 

Santa Venera Primary School 

Rabat Gozo Primary School

 

Sekondarji (Years 7–10):

Mosta Secondary School (Ex Lily of the Valley) 

 

Ċentri Virtwali
Skola Virtwali tal-Primarja (Years 1–6)
Skola Virtwali tas-Sekondarja (Years 7–11)

 

Aktar dettalji

 

L-għalliema kollha huma kwalifikati u għandhom l-esperjenza fit-tagħlim. 
Matul il-Catch-Up Classes tas-Sajf l-istudenti se jkunu qed jibbenefikaw minn tagħlim fis-suġġetti ewlenin fosthom il-Matematika, il-Malti, l-Ingliż, ix-Xjenza, il-Fiżika, l-ICT, l-Edukazzjoni Fiżika u l-Arti. 

Matul il-Catch-Up Classes tax-Xitwa l-istudenti se jkunu qed jibbenefikaw minn tagħlim fis-suġġetti ewlenin fosthom il-Matematika, il-Malti, l-Ingliż, ix-Xjenza u l-Fiżika, 
L-applikazzjonijiet jiġu pproċessati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel.

Ladarba l-klassijiet jimtlew, l-istudenti se jiġu poġġuti fuq lista ta’ stennija u jiġu kkuntattjati skont il-possibbiltà ta’ post.

Il-programm huwa bla ħlas.


Eliġibbiltà​​

Miftuħ għall-istudenti minn skejjel tal-Istat, knisja u indipendenti

Kull applikazzjoni tiġi evalwata fuq il-merti individwali tagħha, b’referenza għall-IEP tal-istudent u għal kwalunkwe kontribuzzjoni rilevanti.

Kull deċiżjoni li applikazzjoni tiġi rrifjutata tkun sostnuta b’ġustifikazzjoni bil-miktub li tkun speċifika għall-każ individwali


Kif tapplika​

L-applikazzjonijiet jistgħu jsiru online permezz tal-link hawn taħt:

 https://workflow.gov.mt/eservice/S11513?language=en 

 

L-applikazzjonijiet jiġu aċċettati fuq bażi ta’ min japplika l-ewwel, jinqeda l-ewwel. Jekk jogħġbok innota li s-sottomissjoni ta’ applikazzjoni ma tiggarantixxix awtomatikament l-aċċettazzjoni fil-programm. L-applikazzjonijiet kollha se jiġu riveduti, u l-ġenituri jiġu kkuntattjati kif xieraq dwar ir-riżultat


Applika

Kronoloġija

  • Ġurnata

    Applikazzjoni Sottomessa

  • 30 jum

    Konferma tal-aċċettazzjoni mis-sottomissjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection