Minbarra li noħolqu kuxjenza, l-assocjazjoni għandha paġna privata fuq Facebook għall-ġenituri/kuraturi/gwardjani u aħwa adulti ta’ persuni awtistiċi, li hija spazju sigur fejn il-ġenituri jistgħu jistaqsu mistoqsijiet, jaqsmu t-tħassib tagħhom u jikkomunikaw is-suċċessi. Aħna wkoll norganizzaw attivitajiet soċjali u seminars ta’ informazzjoni, u nikkomunikaw opportunitajiet u attivitajiet oħra li jsiru lokalment u internazzjonalment, kemm minna nfusna kif ukoll minn entitajiet oħra.
Il-hlas biex issir membru hija ta 10 euros. Il-membri jibbenefikaw minn dan kollu msemmija hawn fuq fl-overview.
Hija eliġibbli għall-familji ta’ tfal ta’ kull età, anke ’l fuq minn 18-il sena.
Imla il-formola fuq Autism Parents Association - Malta | APA Malta jew ibgħat e-mail fuq a[email protected]
