EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Allowance għall-Orfni (DSS)

Ħarsa ġenerali​

L-Allowance għall-Orfni tista’ tingħata lil persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal li l-l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.


X’ser​ tingħata

Il-Ħlas tal-Allowance ta’ Ltim titħallas kull erba’ (4) ġimgħat bil-quddiem lill-persuna fdata bil-kura u kustodja.

Din l-allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu sittax-il (16) sena.

Ikklikkja hawn għal skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.


Eliġibbiltà​​

  • Persuna li tkun fdata bil-kura u kustodja tat-tfal, li l-ġenituri tagħhom ikunu mejtin.

  • Wieħed mill-ġenituri kien irreġistrat taħt l-Att tas-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.).

  • Wieħed mill-ġenituri kien ċittadin ta’ Malta qabel mewtu.

 

Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Dikjarazzjoni tal-applikant/a, u jekk applikabbli, tal-konjuġi. Ikklikkja hawn biex tniżżel id- dikjarazzjoni.

  • Digriet tal-Qorti li jirrigwardja l-kura u kustodja tat-tfal.


Kif tapplika​

Imla u ssottometti l-applikazzjoni online.


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

  • 3 ijiem

    It-2 pass: Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

  • 8 ijiem

    It-3 pass: Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

  • 8 ijiem

    Ir-4 pass: Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection