EN MT
Hero background

Liema servizz qed tfittex illum?

Allowance għal Tfal fil-Kura - Servizz ta' Foster Care (DSS)

Ħarsa ġenerali​

Allowance għal Tfal fil-Kura – Servizz ta’ Foster Care tingħata lil foster carers awtorizzati sabiex jipprovdu servizz ta’ foster care lit-tfal.

 

Barra minn hekk din l-Allowance titħallas sakemm it-tfal jagħlqu wieħed u għoxrin (21) sena.

 

Għal informazzjoni dwar sitwazzjonijiet transkonfinali ikklikkja hawn.


X’ser​ tingħata

Il-Pagament għal din l-allowance jitħallas kull tlettax-il (13) ġimgħa bil-quddiem.

 

Meta l-ġenituri tal-fostering jaqilbu minn Fostering għal Adozzjoni għat-tfal, l-Allowance għall-Fostering tieqaf gradwalment fuq perjodu ta’ erba’ (4) snin, jew sakemm il-wild jagħlaq il-wieħed u għoxrin (21) sena, skont liema tiġi l-ewwel. B’dan il-mod, sussegwetament fl-ewwel sena tal-adozzjoni, jibqa’ jitħallas tmenin (80%) tal-allowance tal-fostering, sittin (60%) fit-tieni sena, erbgħin (40%) fit-tielet sena u għoxrin (20%) fir-raba’ sena.

 

Ikklikkja hawn għal Skeda tar-Rati tal-Benefiċċji.


Eliġibbiltà​​

  • Koppji miżżewġin, koppji f’Unjoni Ċivili, koppji li jikkoabitaw jew individwi waħedhom (f’każi partikulari biss), irrispettivament mill-età, klassi, razza u reliġjon, jistgħu jkunu foster carers wara li jkunu għaddew mit-taħriġ meħtieġ sabiex ikollhom il-ħiliet u l-għarfien meħtieġ biex jipprovdu kura ta’ kwalità. Dan ikun segwit minn assessment u approvazzjoni mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni.


Dokumentazzjoni meħtieġa

 

  • Ikklikkja hawn biex tniżżel id-dokument ta’ dikjarazzjoni ffirmata mill-foster carers u mill-Aġenzija Appoġġ.
  • Kopja tal-ittra tad-deċiżjoni maħruġa mill-Bord tal-Fostering u Adozzjoni.


Kif tapplika​

Imla u ibgħat l-applikazzjoni online.


L-applikazzjoni trid tasal sa sitt (6) xhur mid-data tal-bidu tal-fostering skont kif stipulat fl-Att dwar is-Sigurtà Soċjali (Kap. 318.). L-allowance jew parti minnha, tista’ tintilef jekk l-applikazzjoni tintbagħat tard.


Applika

Kronoloġija

  • L-1 pass: Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni

  • 14 - il jum

    It-2 pass: Iċċekkjar ta’ Applikazzjoni

  • Ġurnata

    It-3 pass: Valutazzjoni ta’ Applikazzjoni

  • 7 ijiem

    Ir-4 pass: Approvazzjoni ta’ Applikazzjoni

MyChild Chatbot
avatar
Public Service Logo and redirection Public Education Logo and redirection