F’Ħaż-Żabbar, YMCA Malta għandha Youth Centre li jkun miftuħ tliet darbiet fil-ġimgħa għal tfal u żgħażagħ ta’ 8 snin ‘il fuq. Iċ-ċentru joffri spazju ta’ appoġġ u sigurtà, fejn iż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu l-ħin liberu tagħhom, jibnu ħbiberiji ġodda, jitgħallmu affarijiet ġodda, jilagħbu u jesploraw opportunitajiet differenti. Iċ-ċentru jagħmel parti mill-programm ta’ prevenzjoni ta’ YMCA, sabiex iż-żgħażagħ ikollhom post sigur u pożittiv għalihom, ‘il bogħod minn sitwazzjonijiet ta’ periklu jew riskju. Iż-żgħażagħ huma mħeġġa jieħdu sehem f’diversi attivitajiet bħal workshops edukattivi, sessjonijiet ta’ arti, logħob u proġetti kreattivi. Il-fokus ewlieni huwa fuq attivitajiet li jgħinu biex jiżviluppaw reżiljenza, espressjoni personali u għarfien emozzjonali.
Iż-żgħażagħ li jattendu ċ-ċentru jsibu ambjent sabiħ u aċċessibbli, mimli b’ħafna riżorsi għall-arti, mużika u loghob. Iċ-ċentru joffri ċans biex isiru jafu nies ġodda, jieħdu sehem f’attivitajiet kreattivi u edukattivi, u jiżviluppaw ħiliet ġodda f’ambjent produttiv. Barra minn hekk, iż-żgħażagħ ikollhom l-opportunità jagħmlu parti minn komunità u jitgħallmu kif ikunu ċittadini attivi fil-komunitajiet tagħhom stess.
Iċ-ċentru
huwa miftuħ għal tfal u żgħażagħ minn 8 snin ‘il fuq.
Tista’ wkoll tikkuntattjana biex tiċċekkja meta jkollna attivitajiet għal tfal
iżgħar. Kultant, ikollna wkoll attivitajiet apposta għal żgħażagħ ikbar fl-età.
Biex tibda tattendi il-Youth Centre, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 27674278 jew ibgħat email fuq [email protected]. Tista’ wkoll iżżur il-website tagħna għal aktar informazzjoni: https://ymcamalta.org/
